Reference: Volume 43C (1959), Part No. 1, Section 2, Page 483

Judgement Details


Date
27/02/1959
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J., HARDING WILLIAM
Parties
JOSEPH CAMILLERI NE' vs DOMENICO PANTALLERESCO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 577 (2) U (3) TAL-KODICI KRIMINALI - AZZJONI PAWLJANA - CESSAZZJONI TAL-PAGAMENTI - DRITT TA' RITENZJONI - FALLIMENT
Summary
L-azzjoni pawljana fallimentari tirrigwarda l-attijiet kompjuti mill-kummercjant fiz-zmien tac-cessjoni tal-pagamenti, attwali jew prossima, izda anterjorment ghad-dikjarazzjoni tal-falliment maghmula mill-kummercjant jew mill-Qorti. Dawk "qabel" dik ic-cessjoni jistghu jkunu suggetti ghall-azzjoni pawljana ordinarja; dawk "wara" d-dikjarazzjoni tal-falliment huma nulli senz'altro, atteza l-indisponibbilita' tal-beni bhala effett tad-dikjarazzjoni al-falliment. Trattandosi ta' attijiet b'titolu oneruz, kull obligazzjoni, att jew pagament, jista' jigi annullat jekk ikun hemm frodi anki mill-parti tal-interessat; u l-att jitqies li sar bi frodi mill-interessat jekk jigi pruvat li dan kien jaf bil-falliment jew bic-cirkustanzi li taw lok ghad-dikjarazzjoni tal-falliment. Ghar-rigward tax-"scientia decoctionis", h ubizzejjed, ghall-finijiet tal-azzjoni pawljana fallimentari, li jigi pruvat li l-kreditur kien jaf bic-cessjoni tal-pagamenti, minghajr ma hemm bzonn li jigi pruvat li hu kien jaf li l-passiv kien jeccedi l-attiv; imma hu l-instanti ghall-annullament tal-atti mpunjati li ghandu jaghti l-prova tax-xjenza tat-terz, u mhux it-terzi li ghandu jaghti l-prova tal-"inscientia"tieghu nnifsu. Din il-prova tista' tigi ndotta minn prezunzjonijiet, basta li jkunu gravi, preciziu konkordanti; u mhux bizzejjed illi t-terz seta' "thasseb biss" dwar l-istat ekonomiku tal-kummercjant, imma jehtieg li jigi pruvat konkludentement li hu kien jaf bl-istat tac-cessazzjoni tal-pagamenti. Il-kreditur ma jistax jinvoka d-dritt ta' ritenzjoni ghar-rigward ta' xi merkanzija li kienettal-fallit, li pero' tkun qeghda fil-pussess tal-kreditur; ma jistax jirreklama l-plegg kontrattwalili jaghti lok ghall-privilegg specjali fuq hwejjeg mobilli, mhux suggett ghar-registrazjoni, jekk il-kostituzzjoni tal-penju saret wara d-data stabbilita bhala dik li fiha il-fallit ghandu jigi ritenut li ghadda fl-istadju tac-cessazzjoni tal-pagamenti. Meta l-azzjoni revokatorja ossija pawljana,tirnexxi ghandu jitqies fir-rapporti tal-partijiet in kawza "perinde ac si nihil gestum esset"; il-patrimonju tal-fallit jerga jigi rimess fl-istat li kien qabel ma saru l-operazzjonijiet impunjati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info