Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 716

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/10/1954
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
EMMANUELE BARBARA vs CARMELO MORANA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT - ART. 1734 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONI RIZOLUTIVA
Fil-Qosor
Id-dispozizzjoni tal-ligi li taghti lill-appaltant il-fakolta' li jholl il-kuntratt ta' l-appalt, ghalkemm ix-xoghol ikun ga beda, billi jhallas lill-appaltatur l-ispejjez kollha u x-xoghol kollu tieghu, flimkien ma' somma li tigi fissata mill-Qorti skond ic-cirkustanzi f'ammont li ma jeccedix il-qliegh li l-appaltatur seta; jaghmel b'dak l-appalt, tidderoga ghall-principju li ebda wahda mill-partijiet ma tista' arbitrarjament tehles mill-obligazzjoni taghha. Din hija dispozizzjoni eccezzjonali, u ghalhekk l-applikazzjoni taghha ghandha tinzamm fil-limiti li fihom il-preskrizzjoni giet dettata; b'mod li l-fakolta' msemmija tappartjeni lill-principal biss, u mhix akkordata lill-appaltatur; ubarra minn dan, tirrigwarda biss il-kaz ta' kuntratt, naturalment validu u pre-ezistenti, li jigi rizolut biss bil-volonta' wehedha ta' l-appaltant, u mhux ukoll il-kaz ta' rizoluzzjoni tal-kuntrattfavur l-appaltatur minhabba inadempjenza ta' l-appaltant. Fl-ebda kaz l-appaltatur ma jista' jikkunsidra l-kuntratt rizolut b'awtorita' proprja, lanqas fl-ipotesi li jibza' mis-solvibilita' tal-kommittent. Jekk l-appaltant ikun naqas minn xi obligazzjoni tieghu, dan ma jgibx ghall-applikazzjoni tan-norma eccezzjonali fuq riferita, rigwardanti l-kommittent, li jxolji ad arbitriju tieghu l-ftehimta' l-appalt; biss l-appaltatur jista' jinvoka favur tieghu l-massima "inadimplenti non est adimplendum" bl-effetti taghha kollha skond il-ligi. U allura l-gudikant jistabbilixxi jekk u safejn l-inadempjenza ta' parti wahda tiggustifika l-inadempjenza tal-parti l-ohra, billi l-kondizzjoni rizolutiva tacita ma toperax "ipso jure", imma r-rizoluzzjoni tal-kuntratt tista' ssir biss "ope rudicis".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni