Reference: Volume 38B (1954), Part No. 3, Section , Page 683

Judgement Details


Date
05/10/1954
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
CARMELO AZZOPARDI vs FRANCESCO ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2265 (1) TAL-KODICI CIVILI - INNOVAZZJONIJEIT U MILJORAMENTI FIL-FOND MIKRI - KUNSENS TAL-LOKATUR - LOKAZZJONI
Summary
Il-konduttur ma jistax jaghmel innovazzjonijiet fil-haga lilu lokata minghajr il-kunsens, espress jew tacitu, imma le prezunt, tal-lokatur. Dak il-kunsens, pero, mhux mehtieg meta si tratta ta' innovazzjonijiet parzjali u mhux ta' importanza kbira, innovazzjonijiet li ma jbiddlux il-destinazzjoni tal-lokazzjoni, li ma jippregudikawx id-drittijiet tal-proprjetarju, li jkunu jistghu jigu rimossi meta tispicca l-lokazzjoni, u li jkunu necessarji jew utili ghall-godiment tal-haga lokata. Kwantu ghall-miljoramenti, jekk il-konduttur jaghmilhom bil-kunsens tal-lokatur, huwa ghandu dritt ghall-hlaslura tal-valur taghhom, jigifieri ghas-somma li hi lanqas bejn l-ispezat u l-miljorat; u l-ispezat,salvi kazijiet li fihom l-ekwita' tista' tissuggerixxi temperament divers, jista' jigi kalkulat fuqil-valur tal-miljoramenti fiz-zmien tar-restituzzjoni tal-haga lokata. Jekk imbaghad il-kerrej ikun ghamel dawk il-miljoramenti minghajr il-kunsens tal-lokatur, il-konduttur ma ghandux dritt ghall-valur taghhom, imma ghandu dritt jehodhom lura billi jerga' jqieghed il-haga fl-istat ta' qabel; u dan jista' jaghmlu anki ghal dawk il-miljoramenti li jkunu ghadhom jezistu fit-tmiem tal-lokazzjoni, purke' huwa juri li jkun jista' jiehu xi utili minnhom billi jaqlaghhom, u l-lokatur ma jkunx irid izommhom; ghax jekk ma jurx li jkun jista' jiehu xi utili minnhom billi jaqlaghhom, ikollu jhallihom fil-haga li fiha jkun ghamilhom, minghajr ebda dritt ghar-rigward taghhom, u salv id-dritt tal-lokatur li jgaghlu jnehhihom u jerga' jaghmel il-haga kif kienet qabel. Jekk il-kerrej juri li jista' jirrikava xi utili, allura, jekk il-lokatur jaghzel li jzommhom, il-kerrej ikollu dritt ghal somma korrispondenti ghal dak l-utili, u jekk il-lokatur ma jkunx iridhom, il-kerrej ghandu dritt jaqbadhom ujehodhom purke' jqieghed il-haga fl-istat li kienet qabel ma ghamilhom. Il-kunsens tal-lokatur biexisiru dawn il-miljoramenti jista' jkun espress jew tacitu, imma qatt prezunt; u l-ezistenza tieghutrid tidher certu, b'mod li l-gudikant ikun konvint illi l-intenzjoni tal-lokatur kienet li jobbligaruhu. U fid-dubju, dan il-kunsens ghandu jigi eskluz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info