Referenza: Volum 32F (1946), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 1053

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/11/1946
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GEORGE GAUCI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NULLITA' - PENALI - REKWIZIZZJONI - SENTENZA
Fil-Qosor
F'kawza fejn wiehed jigi mharrek biex ihallas penali li gie ghaliha kundannat b'sentenza li saret gudikat, ma hux mehtieg li tigi ezibita kopja tas-sentenza li kienet ikkundannat lill-imputat ghal dikil-penali, imma hija bizzejjed riferenza ghal dik is-sentenza, meta dik is-sentenza tkun giet moghtija mill-istess Qorti li tkun qieghda tezamina l-kaz l-iehor bazat fuq dik is-sentenza. Ghalhekk mhix nulla s-sentenza fuq il-motiv li ma gietx ezibita kopja ta' dik l-ewwel sentenza. Meta s-sentenza tkun saret gudikat, l-imputat ma jistax jehles mill-hlas tal-penali meta l-motiv li fuqu huwa jippretendi li ghandu jigi mehlus minn dik il-penali jkun pre-ezistenti ghas-sentenza li kkundannatu ghal dik il-penali. Fil-kaz prezenti l-imputat kien gie kundannat jikkonsenja c-cwievet ta' fond lill-Housing Officer, taht penali gornaljera ghal kull jum ta' ritard. Billi naqas imma dik il-konsenjafiz-zmien stabbilit gie mharrek biex ihallas il-penali korrispondenti ghall-perijodu tan-nuqqas tieghu. Huwa ried jehles mill-kundanna ghall-hlas tal-penali billi allega, bhala motivi tan-nuqqas tieghu, fatti li kienu gie jezistu meta gie kundannat ghall-konsenja tac-cwievet taht dik il-penali. Ul-Qorti cahdet din il-pretensjoni tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni