Referenza: Volum 44D (1960), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 689

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/10/1960
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
JOSEPHINE CARUANA ET vs MARIA BRINCAT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 608 TAL-KODICI CIVILI - ART. 85 (B) U 8(4) TAL-LIGIJIET TAL-PULIZIJA - HAJT DIVIZORJU - RIKOSTRUZZJONI
Fil-Qosor
Jekk hajt divizorju jiggarraf u jigi rikostruwit minn wihed mill-interessati, dik ir-rikostruzzjonighandha ssir skond l-ezigenzi tal-ligi; u l-aprti l-ohra, specjalment jekk ir-rikostruzzjoni saret minghajr il-kunsens jew l-approvazzjoni taghha, ghandha dritt tezigi li r-rikostruzzjoni ssir regolarment skond is-sengha. U dan japplika anki ghall-bini li sar qabel l-ewwel ta` Jannar 1880. hajt divizorju komunima jistghax jigi rikostruwit minghajr il-kusnes tal-komproprjetarji kollha, hlief fil-kaz li jkun hemm urgenza u perikolu; u meta jigi rikostruwit, il-hajt ghandu jsir precizament kif kein qabel. jekk fir-rikonstruzzjoni tigi uzurpata xi parti mill-proprjeta` vicina, mhix applikabblid-dispozizzjoni tal-ligi li tawtorizza lill-Qorti tordna li l-parti uzurpata tibqa` ta` min uzurpahabilli dan ihallas l-indennizz dovut, jekk ma jirrikorrux ir-rekwizitii li trid il-ligi ghall-dik l-applikazzjoni. Barra minn dan, din id-dispozizzjoni ma ghandhiex tigi applikata jekk ma tigix invokata; gahx il-Qorti ma tistghax tapplikaha "ex officio".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni