Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 128

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/04/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
TERESA PSAILA NE vs JOSEPH DEBONO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"THIRD PARTY RISKS" - APPLIKAZZJONI - ART. 3 TAL-KAP. 165 - DANNI - DOCKYARD - KOLLIZJONI - TRIQ
Fil-Qosor
Skond il-Ligi dwar ir-Riskji ta' Terzi Persuni, il-kelma "triq" tfisser triq, sqaq, pjazez, fortifikazzjoni, jew post iehor ta' moghdija ghall-pubbliku. Bil-kliem "post iehor ta' moghdija ghall-pubbliku" ghandu jiftiehem dak il-post li wiehed ikun jista' jghaddi minnu minghajr ma jigi mizmum, mhuxanki dak il-post li fih jistghu jidhlu u minnu jistghu biss jghaddu, numru limitat ta' nies minhabbal-impjieg taghhom f'dak il-post, jew inkella bis-sahha ta' permess specjali li jigi lilhom moghti.Id-Dockyard ghalhekk ma tiostax tigi ritenuta post ta' moghdija ghall-pubbliku fis-sens tal-Ligi fuq imsemmija. Ghaldaqstant, ukoll, il-Kumpannija tas-Sikurta' mhix tenuta thallas id-danni, li jigruminhabba kollizjoni ta' karrozzi fid-Dockyard, jekk il-polza tas-sikurta', relativa ghall-karrozzali kkagunat il-hsara tkun tkopri biss il-hsara li tigri fi triq publika fis-sens tal-Ligi dwar ir-Riskji ta' Terzi Persuni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni