Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 213

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/10/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
GOUDER TANCRED, HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
PAUL MERCIECA M.B.E..A.&C.E.,.ET. vs EDGAR BARBARA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"OMESSA DECISIONE" - APPELL - ART. 233 TAL-KODICI TAL-PROEDURA CIVILI - BOARD TAL-KERA - HANUT - LOKAZZJONI - TERMINU - UFFICCJU
Fil-Qosor
Il-fatt li dar li hija mikrija, bhala dar ta' l-abitazzjoni, tigi uzata in parti bhala ufficcju, majirrendix dik id-dar bhala hanut fis-sens tal-Ligi tal-Kera. Il-ligi tiddisponi li , meta l-Qorti ta' l-ewwel grad tkun halliet barra fid-decizjoni wahda mit-talbiet proposti ma jistax isir appell "ab omissa decisione", izda kull wahda mill-partijiet tista' fi zmien ghaxart ijiem minn dak inhar tas-sentenza, permezz ta' rikors titlob lill-Qorti ta' l-ewwel grad li taqta' dik it-talba, u z-zmienta' l-appell mis-sentenza kollha, jew minn kull parti taghha, jibda jghaddi minn dak inhar ta' l-ahhar decizjoni. Imma din id-dispozizzjoni ma hix applikabbli meta ma hemmx decizjoni ommessa. Jekkma hemmx decizjoni ommessa, l-estensjoni tat-terminu ta' l-appell ma hix applikabili. Ghaldaqstant, jekk issir talba quddiem il-Board tal-Kera ghar-ripreza tal-pussess ta' fond billi jigi offert lill-inkwilin fond iehor bhala "alternative accomodation" bil-kera li jigi fissat minn dak il-Board, minghajr ma ssir ukoll talba biex jigi fissat dak il-kera xieraq u l-Board jilqa' t-talba ghar-ripreza tal-pussess minghajr ma jiffissa dak il-kera gust, ma hemmx fis-sentenza tal-Board ta' talba ommessa u, meta l-Board jirrigettalu t-talba, jappella mis-sentenza kollha. L-appell mill-ewwel sentenza, f'kaz simili, ikun irritu, ghax "fuori termine".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni