Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 387

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/05/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANGELA BARTOLO vs GIOVANNI BUTTIGIEG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 755 TAL-KAP. 15 - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - SERVITU' - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Fil-Qosor
Meta tigi stabbilita servitu' ghandu jitqies li maghha gie moghti dak kollu li hu mehtieg ghat-tgawdija ta' dik is-servitu'; u b'dana li l-estensjni tas-servitu ghandha tigi regolata fuq dak li kien mehtieg ghall-fond dominanti meta giet kreata s-servitu. B'analogija u applikazzjoni ta' dawn il-massimi, il-konduttur ta' komoditajiet li huma accessibili biss minn tarag u minn komoditajiet mikrijaghand hadd iehor ghandu dritt jaghmel uzu minn dak it-tarag u minn dawk il-komoditajiet ta' hadd iehor sabiex jaccedi, huwa u l-familja tieghu, ghall-komoditajiet tieghu. U dan huwa dritt tieghu, u mhux semplici tolleranza - dritt li lanqas ma ghandu bzonn jissemma espressament fil-ftehim li bih jigu lilu mikrija dawk il-komoditajiet. Meta l-Qorti tiddikjara ruhha "ex officio" inkompetenti li tiehu konjizzjoni tal-kawza, u tirrizerva l-kap ta' l-ispejjez lill-Qorti li quddiemha mbaghad tingiebil-kawza, dawn l-ispejjez ma ghandhomx necessarjament isegwu l-meritu, ghax dawn ma humiex spejjezli jiddependu minn eccezzjoni ta' l-inkompetenza moghtija mill-konvenut. Proprjament dawk l-ispejjez imisshom jigu decizi mill-Qorti li tiddikjara ruhha inkompetenti "ex officio"; imma, jekk ma jiguxhekk decizi, u minflok jigu rizervati lill-Qorti kompetenti din ma ghandhiex tiddecidihom skond matiddecidi l-meritu, imma ghandha tara jekk min ippropona l-kawza kienx gustifikat jew le jipproponiha quddiem il-Qorti li ddikjarat ruhha inkompetenti. Ghax l-ispostament tal-gudizzju minn qorti ghalohra mhux dovut ghal eccezzjoni ta' inkompetenza sollevuta mill-konvenut li tista' tkun fondata jewle, imma hija dovuta ghall-fatt li tkun giet adita qorti inkompetenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni