Reference: Volume 34B (1950), Part No. 2, Section , Page 690

Judgement Details


Date
16/10/1950
Court
CIVIL, SECOND HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
MICHELE CASHA vs EDGAR NAUDI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1511, 1017, 1018 U 1019 TAL-KODICI CIVILI - EKWIPOLLENZA - KONSANGWINEITA' - PARENTELA ILLEGITTIMA - RETRATT - REXISSJONI - RIVENDIZZJONI - TRANSAZZJONI - VIZZJU TAL-KUNSENS - ZBALL
Summary
It-tfal illegittimi ma humiex konsangwinei ghall-finijiet ta' l-irkupra: u ghalhekk huma ma jistghuxjezercitaw id-dritt tar-retratt bit-titolu tal-konsangwineita. Hekk ukoll, billi wahda mill-kondizzjonijiet rikjesti mill-ligi biex ikun hemm dritt ta' retratt bit-titolu tal-konsangwineita' hija illi l-fond irkuprat ikun apparziena lil axxendent komuni ghar-retraent u ghall-venditur, u illi dak il-fond ma jkunx ghadda ghand barranin bejn meta kien jappartieni lil dak l-axxendent u meta gie mibjugh, id-dixxendenti ta' dawk it-tfal illegittimi ma ghandhomx dritt jirkupraw dak il-fond, ghand l-istess, meta ghadda l-awtur taghhom, ghadda ghand barrani u hekk hareg mid-dixxendenza ta' dak l-axxendent komuni. Il-veru karattru ta' konvenzjoni ma jigix determinat mill-kliem uzat fil-konvenzjoni,imma min-natura intrinseka tal-pattijiet li dik konvenzjoni tikkontjeni; u ghalhekk, biex ftehim jista' jinghad huwa transazzjoni, mhux bizzejjed li fil-kitba jigi hekk kwalifika imma hemm bzonn illil-pattijiet kontenuti fil-ftehim - apparti l-forma estrinseka mehtiega ghall-att - ikollhom in-natura ta' transazzjoni. Ma hemmx transazzjoni meta l-partijiet jiftehmu fuq haga li dwarha ma kellhomebda dubju. Meta huma jifthemu minghajr ma kellhom ebda dubju dwar id-drittijiet taghhom rispettivifuq dik il-haga, huma jaghmlu konvenzjoni ta' konciljazzjoni, jew kompromess, jew xi xorta ta' ftehim iehor li, ghalkemm ikollu xi haga komuni mat-transazzjoni, ikun pero' ftehim divers li jifforma figura guridika diversa mit-transazzjoni, u li ma jkunx regolat mir-regoli tat-transazzjoni, imma minn regoli ohra. Il-kunsens ma jiswiex jekk ikun gie moghti bi zball, jew mehud bi vjolenza jew b'eghmil deluz. Jekk l-izball ikun ta' ligi, ma jgibx nullita' tal-ftehim hlief meta jaqa fuq is-sustanza nfisha tal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim. Jekk l-izball ikun ta' fatt, ma jgibx in-nullita' tal-ftehim hlief meta jaqa' fuq is-sustanza nfisha tal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim u l-ftehim majkunx null jekk l-izball jaqa' biss fuq il-persuna l-maghha jkun sar il-ftehim, hlief meta l-ghazlata' dik il-persuna tkun il-kawza ewlenija ta' dak il-ftehim. Zball dwar il-persuna li maghha tkun saret il-konvenzjoni huwa zball ta' fatt; u kwalunkwe kuntratt nominat, kompriza t-transazzjoni, u kwalunkwe konvenzjoni innominata, jistghu jigu mpunjati bin-nullita' minhabba dan l-izball. Rivendizzjoni li tkun saret ghax ir-retrattarju kien ta' l-opinjoni li r-retraent kellu d-dritt jirkupra tigili saret taht zball dwar il-persuna tar-retraent; u tista' tigi mpunjata u rexissa mhabba dak l-izball, jekk l-istess kien il-motiv li ddetermina lir-retrattarju jaghmel dik ir-rivendizzjoni. Barraminn dan, rivendizzjoni simili tkun anki nficjata minn zball ta' dritt, jekk jirrizulta li r-retraent ma kellux it-titolu li vvanta meta ezercita l-irkupru. It-talba ghar-rexissjoni ta' l-att tar-rivendizzjoni timporta "per equipollens" l-annullament ta' kwalunkwe konvenzjoni li fuqha dik l-istessrivendizzjoni giet maghmula.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info