Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 490

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/02/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
-
Partijiet
MARIA ELLUL BONNICI vs FELICE MERCIECA ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Il-provi li jkunu saru f'kawza civili u li jkunu ddimostraw l-ezistenza ta' fattijiet determinanti,huma attendibbli u jistghu jigu nvokati f'gudizzju iehor sussegwentementi bejn l-istess partijiet fejn titwieled disputata dwar il-provi ikunu saru u ngabru fil-kontraddittorju ta' l-istess partijietu bl-osservanza tal-forma li trid il-ligi. Din ir-regola ssofri limitazzjoni meta l-provi jkunu ngabru fi process kriminali fis-sens li dawk il-provi ma jistghux jigu mpurtati fi process civili, jekkil-kontroparti topponi ruhha. Imma jekk ir-riferenza ghall-provi dokumentali eziluti fil-procediment kriminali, dik ir-riferenza hija permessa. Fil-kaz prezenti l-attur ibbaza t-talba tieghu fuq provi li kienu saru permezz ta' perizja f'kawza civili previdenti bejn l-istess partijiet u l-konvenutippretenda li f'dan it-tieni gudizzju ma kienetx tiswa l-prova per mezz tal-perizja li saret fil-kawza ta' qabel. Il-Qorti cahdet din il-pretensjoni tal-konvenut, u qatghet li ma kienx hemm lok li ssir perizja gdida, imma li kellha tiswa l-perizja maghmula fil-kawza ta' qabel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni