Reference: Volume 34B (1950), Part No. 2, Section , Page 612

Judgement Details


Date
10/07/1950
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
CARMELO BEZZINA ET vs GIO MARIA BONNICI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1481 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI REDIBITORJA - BEJGH - TERMINU - VIZZJU OKKULT
Summary
Sabiex jigi deciz f'kull kaz jekk il-vizzju jew difett fil-haga mixtrija jkunx apparenti jew okkult,dan il-fatt jidddependi mill-kriterju ta' l-apprezzament tal-fattijiet u tac-cirkustanzi taz-zmien,post, mal u persuna, li necessarjament irid ikun imholli fl-ekwita' u l-buon sens tal-gudikant. Biex il-venditur ikun melus mill-obligu tal-garanzija "ex jure", hemm bzonn ta' zewg kondizzjonijeit ucjoe li l-vizzju jkun apparenti u li x-xerrej seta' jafu wahdu. U l-ligi ma tirrikjedix lix-xerrejdiligenza u attenzjoni straordinarja, imma dik ordinarja; b'mod illi anki jekk il-vizzji jkun apparenti ix-xerrej ma jitlefx id-dritt li jirrifjuta l-oggett billi jkun gie lilu konsenjat jek huwa majkollux l-agju u l-opportunita' li jezamina l-haga u jinduna "de risu" bid-difett apparenti. F'kazsimili x-xerrej ma jkollux dritt jippreponi l-azzjoni redibitorja ghax il-vizzju mhux akkult; imma meta jiskopri d-difett ikollu dritt jipproponi l-azzjoni "ex contractu" jew l-eccezzjoni "non adimpleti contractus". Lanqas ma huwa redibitarju l-vizzju jekk, ghalkemm filwaqt tal-kuntrattazzjoni jewtar-ricezzjoni tal-haga l-vizzju ma jkunx vizibli ix-xerrej jista' jinduna bih li ftit attenzjoni ubi ftit ezami, jew jekk ikun oggett normalment suggett ghall-prova meta l-istess tista' ssir bil-facilta' jew li jkun juri sintomi li x-xerrej tal-mestier suppost li jinduna bihom u ma jistghux jisfuggulu b'semplici harsa u ezami succint. Fi kliem iehor il-vizzju huwa redibitarju meta , filwaqt tal-kuntrattazzjoni jew tar-ricezzjoni tal-haga akkwistata, il-haga ma tipprezentax tracci li jirriduvaw l-ezistenza ta' difetti li x-xerrej medjokrement attent u diligenti ma jkunx jista' jaghrafhom u jivvalutahom wahdu. Id-difett jista' jkun mohbi ukoll jekk ma ikunx jista' jimmanifesta ruhu hlief bl-uzu tal-haga. It-terminu ghall-ezercizzju ta' l-azzjoni redibitorja jibda jghaddi minn dak inharli fih seta jkun li x-xerrej jikxef id-difett mohbi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info