Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 453

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/01/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
WING COMMANDER JAMES MAXWELL WATSON, R.A.F. NE. (ARA SENTENZA FUQ IL-MERITU MOGHTIJA F'DIN IL-KAWZA MINN DIN IL-QORTI FL-4 TA' OTTUBRU 1950, LI GIET APPELLATA U DECIZA FL-APPELL FIT-12 TA' MARZU 1951 - PUBBLIKATA FL-EWWEL PARTI TAL-VOLUM XXXV) vs LEONARDO SACCO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"EMERGENCY COMPENSATION BOARD" - AZZJONI - INTERESS - MILLANTAZZJONI - REKWIZITI
Fil-Qosor
L-azzjoni tipprezumi d-dritt; u sabiex tkun ezercitata hemm bzonn li min jezercitaha jkollu l-interess, li huwa l-mizura ta' kwalunkwe azzjoni. U dan l-interess irid ikun dirett, legittimu u attwali.Jekk il-proprjetarju ta' fond rekwizizzjonat jirrikorri quddiem l-Emergency Compensation Board biex jottjeni kumpens ghall-hsara li ssirlu fil-fond rekwizizzjonat, u l-awtorita' rekwizizzjonanti tippretendi li ma hix responsabili ghal dawk id-danni, u l-Emergency Compensation Board jissospendi l-procediment li sar quddiemu sakemm il-kwistjoni tar-responsabilita' tigi deciza mill-Qorti kompetenti, dik l-awtorita' ghandha interess dirett, legittimu, u attwali li tagixxi biex tottjeni d-dikjarazzjoni mill-qorti kompetenti li hija mhux responsabili ghal dawk id-danni. Dik l-awtorita' rekwizizzjonanti mhix obligata li, minflok tagixxi ghall-otteniment ta' dik id-dikjarazzjoni tipprocedi kontral-proprjetarju rekwizizzjonat bil-procediment tal-jattanza; ghaliex meta huwa agixxa quddiem l-imsemmi Board ma ghamelx semplici millantazzjoni ta' dritt, imma ezercita effettivament l-azzjoni biex jiddeduci d-dritt minnu pretiz. Imma anki kieku kellu jigi ritenut li dik l-azzjoni tieghu kienet semplici midantazzjoni, ma hux eskluz mill-gurisprudenza li wiehed jitlob dikjarazzjoni ta' l-inezistenza tad-dritt b'azzjoni kontra l-pretensjoni ta' hadd iehor li tkun tinvolvi dritt a dannu tieghu, jew li tkun tinvolvi l-ezistenza ta' rapporti guridici obligatorji ghall-oggett u persuna.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni