Reference: Volume 46C (1962), Part No. 3, Section , Page 746

Judgement Details


Date
20/03/1962
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
LILIAN STILON DE PIRO PR. ET NE. ET. vs HENRY GHIRLANDO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPALTATUR - ARKITETT - ART. 1732 TAL-KAP. 23. - DANNI - PRESKRIZZJONI - RESPONSABBILTA' - SOLIDARJETA'
Summary
Jekk bini jew xoghol iehor kbir ta' gebel, mibni b'appalt, fi zmien hmistax il-sena minn dak inhar li tkun tlestiet il-kostruzzjoni, jiggarraf, kollu jew f'bicca, jew juri li jkun hemm perikolu li sejjer jiggarraf, minhabba difett fil-kostruzzjoni, jew ukoll minhabba difett fl-art, l-arkitett u l-appaltatur ghandhom jirrispondu ghal dan. Il-preskrizzjoni tal-azzjoni ghad-danni fil-materja hi ta'sentejn; u dan it-terminu jibda jiddekorri mill-jum li fih tivverifika ruhha r-rovina tal-opra jew il-manifestazzjoni ta' perikolu ta' dik ir-rovina. Ir-responsabbilta' tal-arkitett u tal-appaltatur,pero', ma hix solidali. Jekk l-arkitett kellu d-direzzjoni tax-xoghol, filwaqt li x-xoghol kellu jigi ezegwit mill-appaltatur, l-arkitett mhux responsabbli jekk id-difetti huma dovuti unikament ghall-htija tal-appaltatur, ghal xi negligenza da parti tieghu, jew, per ezempju, ghall-imperizja fl-arti tieghu, u ghal xejn mid-direzzjoni tal-arkitett. Jekk id-difetti huma dovuti ghal direzzjoni hazina, allura jirrispondi l-arkitett, purke' ma jkunx hemm ukoll htija tal-appaltatur; ghaliex dan ma ghandux jezegwixxi direzzjoni li jkun jaf li hija hazina u li sejra tipperikola l-istabbilita' tal-kostruzzjoni; u lanqas ma ghandu japprofitta minn negligenza tal-arkitett u jittrasgredixxi d-dettamital-arti edilizja; f'liema kaz, l-appaltatur jirrispondi mal-arkitett, kull wiehed minnhom fil-mizura tal-kolpa rispettiva.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info