Referenza: Volum 32F (1946), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 1005

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/06/1946
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MANWEL CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"APPROVED SCHOOL" - ART. 4 TAL-KAP. 75 - MINURI
Fil-Qosor
Meta kontra minuri misjub hati ta' delitt hija applikabili skond il-ligi piena tal-lavuri furzati jew tal-prigunerija, il-Qorti tista' minflok dik il-piena tordna d-detenzjoni ta' dak il-minuri fl-Approved School ghal certu zmien. Jekk il-Magistrat ikun ta' ordni wiehed ghad-detenzjoni ta' minuri fl-Approved School ghal zewg reati dedotti kontra l-minuri f'zewg kawzi separati, u l-Qorti ta' l-Appell tirrevoka dak l-ordni ghal dak li jirrigwarda wiehed minn dawk ir-reati, imma fl-istess hin tikkonferma dak l-ordni ghar-rigward tar-reat l-iehor, il-Qorti ta' l-Appell ghandha wkoll tnaqqas iz-zmien tad-detenzjoni ordnat b'dak l-ordni wiehed; ghax il-Magistrat, meta ta' dak l-ordni, kellu f'mohhu li jistabbilixxi dak iz-zmien ghaz-zewg reati, mentri l-Qorti ta' l-Appell tkun qieghda zzomm dak l-ordni ghal reat wiehed biss. Imma z-zmien hekk imnaqqas ma ghandux ikun ta' anqas minn sentejn,li huwa t-terminu minimu biex jigi raggunt l-iskop benefiku ta' l-istitut ta' l-Approved School.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni