Referenza: Volum 46C (1962), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 561

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/02/1962
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
ONOR EMMANUELE TABONE, M.L.A. NE ET vs ONOR. IMHALLEF DR ALBERTO MAGRI, B'LITT., LL.D.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
HAJT ESTERN - KJAMATA FIL-KAWZA - SPEJJEZ TA` TISWIJA
Fil-Qosor
F'kawza fejn il-meritu huwa dwar l-ispejjez tat-tiswija ta` hajt estern, mastru jew perimentrali, lihu komuni ghal diversi proprjetarji, jixraq li jkunu prezenti fil-kawza l-proprjetarji kollha tal-hajt li jrid jissewwa; u jekk xi wiehed minn dawk il-proprjetarji ma jkunx gie mharrek, hemm lok ghall-kjamata tieghu fil-kawza. Huwa minnu li hemm gurisprudenza lokali alkwantu numeruza fis-sens illi l-intervent u s-sejha fil-kawza huma ammissibli meta l-interess ta` persuna li ma gietx imharrka jidher fil-kors tal-kawza, u mhumiex ammissibbli meta dak l-interess kien jidher u kien jipprezisti mill-bidu; pero` kontra din il-gurisprudenza hemm ohra fis-sens li, meta l-persuna li tkun giet originarjament imharrka jkollha nteress fil-kawza izda barra minnha jkun hemm persuni ohr ali ma jkunux gew imharrka mill-bidu u jkollhom nteress fil-kawza izda barra minnha jkun hemm persuni ohra li ma jkunux gew imharrka mill-bidu u jkollhom ukoll interess, il-kjamata fil-kawza ta` dawk il-eprsuni l-ohra hija ammissibbli u doverusa; metri jekk il-persuna originarjamant imharrka ma jkollhiex interessfil-kawza, mhux lecitu lijigu citati persuni ohra li ma jkunux gew citati mill-bidu, non ostante lidawn l-ahhar imsemmija jkollhom interess fil-gudizzju orininarjament propost kontra l-persuna li fiha huwa assenti kwalukwe mizura ta` nteress. U din l-ahhar gurisprudenza hija aktar korretta legalment, aktar sana fil-prattika, u bil-bosta aktar konsona ghall-gusitzzja sostanzjali, meta l-applikazzjoni taghhama tivvjolax l-istess ligi. Il-kjamata fil-kawza, avolja tkun opposta mill-konvenut u matkunx giet mitluba mill-attur, tista` tigi ordnata mill-Qorti "ex officio".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni