Referenza: Volum 37C (1953), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 742

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/1953
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
GIUSEPPE VELLA vs PAOLO DEGUARA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ANNIMALI - ART. 1477 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI REDIBITORJA - BEJGH - PROVA - VIZZJI REDIBITORJI
Fil-Qosor
F'kawza fejn tigi ezercitata l-azzjoni redibitorja, il-prova li d-difett fil-haga mibjugha kien jezisti qabel il-bejgh tinkombi lix-xerrej li jallega dak id-difett. Ghax wahda mill-kondizzjonijet ta'l-azzjoni redibitorja u l-bazi tal-garanzija dovuta mill-venditur, hija l-pre-ezistenza tad-difett.Ghaldaqstant sakemm il-venditur jillimita ruhu jikkntesta l-vizzju, ma ghandux bzonn jaghmel ebdaprova. Il-prova tal-pre-ezistenza tal-vizzju redibitorju trid tkun tali li tikkonvinci lill-gudikant dwar dik il-pre-ezistenza; u min jezercita dik l-azzjoni ma jistax jirpoza fuq ebda prezunzjoni, specjalment fuq dik tal-qosor taz-zmien bejn il-bejgh u l-manifestazzjoni tad-difett. Jekk l-oggetttal-bejgh kien annimal li zviluppa sinjali ta' marda wara l-bejgh, u l-kumpratur ma jiddenunzjax dakid-difett lill-venditur, u lanqas isejjah veterinarju biex jara u jikkonstata l-annimal, u dan wara jmut, ghandu jbati l-konsegwenza x-xerrej, ghax b'dak in-nuqqas tieghu huwa waqa' fi htija; u htija simili tista' tasal sahansitra biex ittellef l-azzjoni redibitorja. Fil-kaz prezenti l-Qorti kkonstatat dan in-nuqqas tax-xerrej; imma minhabba n-natura tad-difett li kellha l-bhima in kwistjoni, zammet u qatghet billi akkollat ir-responsabilita' tal-mewt ta' l-annimal ugwalment fuq iz-zewg partijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni