Reference: Volume 37C (1953), Part No. 2, Section , Page 746

Judgement Details


Date
27/06/1953
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
MICHELE AZZOPARDI vs LEONARDO CALLUS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPOGG - ART. 455, 457 U 459 TAL-KODICI CIVILI - HAJT DIVIZORJU
Summary
Id-dispozizzjoni ta' l-art. 455 tal-Kodici Civili taghti lil kull sid il-fakolta' li jirrendi komuni, kollu jew f'bicca, hajt li jmiss mal-fond tieghu, bil-kondizzjonijiet hemm specifikati; mentri l-art. 457 jimponi lill-vicin l-obligu li jikkontribwixx sehem mill-ispejjez tal-bini jew ta' tiswija ta' hitan li jaqsmu btiehi, gonna jew ghelieqi. Dawn iz-zewg dispozizzjonijiet jipproducu effetti diversi, billi fl-ewwel kaz il-vicin jista', imma mhux obligat, jezercita dak id-dritt, mentri d-drittprevedut fl-art. 457 jikkostitwixxi obligu ghall-vicin l-iehor, li ma jistax jehles minnu hlief billi jcedi nofs l-art li fuqha l-hajt li jaqsam ghandu jinbena, u jirrinunzja ghall-jedd tieghu ta' komunjoni fuq dak il-hajt. Barra minn dan, mentri l-appogg fl-ewwel kaz jippresupponi li l-hajt ikunga' tela' a spejjez biss ta' min bnieh, l-art. 457 jippresupponi li l-kostruzzjoni tal-hajt issir miz-zewg proprjetarji u bi spejjez komuni, b'mod li, jekk wiehed minnhom ma jipprevalixxix ruhu mid-dritt li taghtih il-ligi, u jibni l-hajt ghal rasu, ma jistax imbaghad idur fuq il-vicin ghal sehmu mill-ispejjez u l-valur ta' l-art, ghaliex ma jistax jobligah jakkwista l-komunjoni tal-hajt. Ghaldaqstant l-azzjoni derivanti mill-art. 455 hija differenti minn dik derivanti mill-art. 457. U jekk jirrizulta li l-azzjoni ezercitata hija dik bazata fuq l-art. 455, l-attur ma jistax jobliga l-vicin jirrendi komuni l-hajt kollu, imma jista' jobligah biss li jhallas ta' dik il-parti tal-hajt li maghha huwa pogga l-bini tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info