Referenza: Volum 36D (1952), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 791

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/1952
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs RENATO ELLUL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 23 TAL-KODICI KRIMINALI - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Il-Ligi tal-Kera tas-sena 1944 taghti lill-Attorney General id-dritt ta' l-appell mis-sentenzi tal-Qorti Kriminali tal-Magistrati fil-kazijiet kollha msemmijin fil-Kodici Kriminali, u anki kull meta s-sentenza taghti kundanna li, fil-fehma tieghu, ma tkunx adegwata. Jekk is-sentenza appellata tkunilliberat lill-imputat taht il-provvedimenti ta' l-artikolu 23 tal-Kodici Kriminali, l-Attorney General ma jistax jappella minnha taht il-ligi generali kontenuta f'dak il-Kodici, ghax meta s-sentenzatkun liberatorja taht l-imsemmi artikolu, l-Attorney General ma jistax jappella minnha. U lanqas majista' jappella taht il-Ligi specjali tal-Kera; ghax id-dritt ta' dak l-appell jippresupponi sproporzjoni bejn il-piena li giet moghtija u dik li jmissha giet moghtija; mentri meta gie applikat l-art. 23 tal-Kodici Kriminali, ma giet moghtija ebda piena, u ghalhekk il-koncett ta' sproporzjon bejn piena u ohra ma hux immaginabili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni