Referenza: Volum 41F (1957), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1214

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/01/1957
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
FLORES JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CARMELO CASSAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"LEARNER" - "SPECIAL REASONS" - ART. 3(3) TAL-ORD. XXXVI TAL-1939 - ART. 683 TAL-KODICI KRIMINALI - ASSIKURAZZJONI DWAR RISKJI TA` TERZI PERSUNI - AZZJONI KRIMINALI - POLZA TAS-SIGURTA' - PRESKRIZZJONI - SOSPENSJONI TAL-LICENZA TAS-SEWQAN
Fil-Qosor
Gahr-reat ta` sewqan ta` karrozza tal-mutur bla polza tas-sigurta` dwar riskji ta` terzi persuni l-ligi tistabbilixxi preskrizzjoni specjali, li hija ta` sitt xhur mid-data li fiha jkun sar ir-reat allegat, jew fi zmien li ma jiskorrix la tliet xhur mid-data lifiha l-Prosekuzzjoni tkung iet taf bir-reat u lanqas sena midd-ata li fiha jkun sar ir-rreat, skond liema zmien minnhom ikun l-itwal. Il-preskrizzjoni tal-azzjoni kriminali tista` tolqot tant l-inizju tal-azzjoni kemm ukoll il-kros taghhasakemm ma tezawrixxix ruhha naturalment bil-gudikat; u ghalhekk, anki wara li jkunu bdew il-proceudri quddiem il-QOrti, l-azzjoni kriminali tista` taqa` biddekors taz-zmien stabbilit. Imma l-preskrizzjoni specjali fuq imsemmija tidderoga ghar-regoli tal-preskrizzjoni limitatament ghall-istadju tal-inizju tal-azzjoni kriminali; b'mod li wara l-inizju tal-procediment il-preskrizzjoni tibqa` regolata mill-ligi generali; u kwindi l-preskrizzjoni tal-azzjoni kriminali wara l-inizju tal-procedimenthija ta` sentejn, peress li dan ir-reat hu punibli bil-piena ta` prigunerija jew multa li skond il-ligi generali tassoggetta r-reat ghall-preskrizzjoni ta` sentejn. Il-proprjetarju ta` "Motoring School" li jippermetti li persuna ssuq il-karrozza teighu meta din ma kellhiex il-permess tal-pulizija,u ghalhekk ma kienetx issehh polza tas-sigurta` jew garanzija ghar-riskji ta` terzi persuni dwar l-uzuz tal-karrozza minn dik il-persuna, ikun ippermetta fis-sens guridiku tal-kelma li dik il-persunassuq motor car minghajr l-assikurazzjoni mehtiega. Li l-karrozza kellha l-"learner's palte", li l-propjetarju tal-karrozza keient isseh polza tal-assikurazzjoni a favur tat-terzi, huma kollha cirkustanzi irrelevanti ghall-pozizzjoni guridka ta` sid il-karrozza li jkun imputat ta` dan ir-reat. Ic-cirkustanza li, kieku grat il-hsara, la-agenzija keienet tithabat mal-kumpannija tas-sigurta` biex isir il-hlas tad-danni "ex gratia", kif ukoll ic-cirkustanza li sid il-karrozza kien riekeb hdejn minn kien qieghed jitghallem, u li l-motor car kella l-"learner's palte", ma humiex ragunijiet specjali biex jigi mitigjata l-piena dwar il-perijodu fissat mill-ligi ghall-iskwalifika tal-ahti milli jkollu licenza tas-sewqan.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni