Referenza: Volum 36D (1952), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 711

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/03/1952
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANTHONY MARY BAJADA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - APPROPRIJAZZJONI INDEBITA
Fil-Qosor
Id-delitt ta' approprjazzjoni ndebita jigi konsumat malli dak li jkun jaghmel atti ta' dominju fuq il-haga bil-volonta' li jezercita dominju fuqha; u dan ikun pruvat meta c-cirkustanzi u l-atti jkunuverament tali li univokament juru l-intenzjoni ta' l-approprjazzjoni, billi fihom infushom m'humiexkompatibili mal-kawza u t-titolu tieghu tad-detenzjoni ta' dik il-haga. Meta sentenza tal-Qorti Kriminali tal-Magistrati, fuq akkuza ta' approprjazzjoni ndebita. tafferma dawn il-principji bhala elementi kostistutivi ta' dak ir-reat, tkun ghamlet enuncjazzjoni tajba tal-ligi. Jekk imbaghad dik il-Qorti, wara li tkun ezaminat il-provi, tillibera lill-imputat ghax tirritjena li minn dawk il-provima rrizultax li dak li lahaq ghamel l-imputat kien inkompatibili ma l-obligi kontrattwali li kellu,u li ghalhekk kien ghad ma hemmx l-att ta' l-approprjazzjoni ndebita, dik il-liberazzjoni tkun bazata fuq apprezzament tal-provi minghajr ebda enuncjazzjoni hazina tal-ligi; u ghalhekk dik is-sentenzaliberatorju ma hix appellabili da parti ta' l-Attorney General.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni