Reference: Volume 36D (1952), Part No. 3, Section , Page 680

Judgement Details


Date
25/11/1952
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
SALVATORE CAMILLERI NE. vs SPIRIDIONE MIZZI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 829 U 830 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DOMICILJU - EZEKUZZJONI F'DAWN IL-GZEJJER - GURISDIZZJONI - KOMPETENZA - KONTUMACJA - NOTIFIKA - RESIDENZA - SENTENZA TA' TRIBUNAL ESTERU
Summary
Is-sentenzi li jkunu ghaddew "in giudicato" pronunzjati minn tribunali kompetenti barra mill-Gzira ta' Malta u d-Dipendenzi Taghha, huma ezegwibili mill-Qrati kompetenti ta' dawn il-Gzejjer bhas-sentenzi moghtijin f'dawn il-Gzejjer, b'citazzjoni b'talba biex tigi ordnata l-ezekuzzjoni ta' tali sentenzi. Izda l-Qorti, qabel ma tiddecidi fuq it-talba, ghandha tara jekk is-sentenza li taghha tintalab l-ezekuzzjoni tkunx impunjabili ghal xi wiehed mill-motivi specifikati fl-art. 814 tal-Kodici tal-Procedura Civili, jekk tirrikorrix xi cirkustanza li tista' tirrendi kompetenti l-Qrati ta' dawn il-Gzejjer skond l-istess Kodici, jekk, f'kaz ta' sentenza pronunzjata in kontumarja, il-partijiet kienux legalment kontumaci, u jekk is-sentenza tikkontjenix dispozizzjonijiet kuntrarji ghall-ordni publiku jew ghad-dritt publiku intern vigenti f'dawn il-Gzejjer. Jekk fis-sentenza tat-tribunal esternjinsab xi wiehed minn dawn id-difetti jew vizji. dik is-sentenza ma tkunx ezegwibili f'dawn il-Gzejjer. Ikun hemm lok li tigi opposta l-inkompetenza tat-tribunal minhabba nuqqas ta' gurisdizzjoni tal-Qorti li tkun tat is-sentenza, ankorke' dik il-Qorti tkun iddecediet fuq l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza, fil-kazijiet kollha ta' azzjonijiet kontra persuni mhux suggetti ghall-gurisdizzjoni ta' dikil-Qorti minhabba d-domicilju jew ir-residenza, kemm il-darba dawk il-persuni ma jkunux volontarjament issottomettew ruhhom ghal dik il-gurisdizzjoni. Bil-fatt li l-konvenut quddiem it-tribunal esteru baqa' kontumaci, huwa ma jigix li ssottometta ruhu volontarjament ghall-gurisdizzjoni ta' dak it-tribunal; ghaliex il-kontestazzjoni kontumacjali ma hix sottomissjoni ghat-tribunal esteru, imma ghandha tigi nterpretata bhala oppozizzjoni ghall-kompetenza tat-tribunal esteru. U dan apparti milli,biex l-Awtorita' estera jkollha notifika regolari tac-citazzjoni trid tkun uniformat ruhha mal-ligivigenti fil-pajjiz fejn dik in-notifika ghandha tigi ezegwita.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info