Referenza: Volum 32C (1944), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 53

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/06/1944
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
DOTTOR ANTONIO CREMONA vs MARIETTA TONNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1071 TA' L-ORD. VII TA' L-1868, U ART. 334 U 380 TAL-PROCEDURA CIVILI - INSKRIZZJONI FIR-REGISTRU PUBLIKU - NULLITA' - PREMESSA TAL-BEJGH - SENTENZA JEW DIGRIET LI JORDNAHA - SUBASTA - TERMINU
Fil-Qosor
It-terminu legali ta' tliet xhur ghall-validita' tal-promessa ta' bejgh jibda jiddekorri mill-jum lifih il-bejgh ikun jista' jigi effettwat, u mhux mid-data ta' l-iskrittura. U l-att gudizzjarju lijsir biex wahda mill-partijiet tinterpella lill-ohra biex taddivjeni ghall-ezekuzzjoni tal-promessatal-bejgh ghandu l-effett li jinterrompi ghal tliet xhur ohra l-limitazzjoni ta' dak iz-zmien. Huwaveru illi meta l-fond huwa migjub fis-subasta fuq talba ta' xi kreditur il-proprjetarju ta' dak il-fond ma jistax jaljenah sakemm tghaddi sena kontabili mid-data li fiha ssir l-inskrizzjoni fir-Registru Publiku tas-sentenza jew digriet li jkun ordna s-subasta, u li ghalhekk kull aljenazzjoni li jaghmel il-proprjetarju tal-fond fiz-zmien ta' dik is-sena hija nulla. Imma dik in-nullita' hija stabbilita' biss favur il-kreditur li ottjena dik is-sentenza jew dak id-digriet, u ma tistax tigi eccepita mill-venditur. Ghaldaqstant min obliga ruhu li jbiegh fond meta dan kien jinsab migjub fis-subasta mill-kredituri ta' dak il-promittent, ma jistax jehles mill-obligazzjoni tieghu li jezegwixxi l-promess fuq il-motiv li kien hemm pendenti s-subasta tal-fond meta sar il-ftehim tal-bejgh. Din hijahaga li ghandu jaraha x-xerrej mal-kreditur u ma timporta xejn lill-venditur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni