Reference: Volume 37D (1953), Part No. 3, Section , Page 874

Judgement Details


Date
07/05/1953
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
ALBERT MIZZI NE. vs RONALD J. PACE NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARMATUR - ART. 417 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - BASTIMENT - DANNI - KAPTAN U EKWIPAGG - KLAWSOLA TA' L-EZONERU - NULLITA' - POLZA TAL-KARIGU - STIVAGG - TRASBORD - TRASPORT TA' MERKANZIJA - VETTURALI SUCCESSIVI
Summary
Meta fil-polza tal-kariku jinghad li l-merkanzija giet ricevuta abbord f'kondizzjoni apparenti tajba, dan jikkostitiwixxi ammisjoni da parti tal-vettur li hu rcieva abbord fi stat tajjeb il-merkanzija, u fl-istess hin jimporta l-assunzjoni da parti tieghu ta' l-obligazzjoni li jikkonsenja dik il-merkanzija fl-istess kondizzjoni fil-fini tal-vjagg. U jekk fil-mument tal-konsenja l-merkanzija tigimisjuba danneggjata, tinkombi lill-vettur il-prova li kienet ga f'dak l-istat meta giet karikata; kif ukoll fuqu jaqa' l-piz tal-prova li ghal kwalunkwe raguni ohra hu mhux tenut ghal dik il-hsara. Il-vettur hu responsabili ghall-hsara li tigri lill-merkanzija minhabba nuqqas tieghu li juza dik il-prudenza, diligenza u attenzjoni, li kien imissu juza. Kull klawsola diretta biex tezonera l-armatur mill-htijiet tieghu jew tar-rapprezentanti tieghu hija nulla. Anki f'kaz ta' klawsola li tirrendil-armatur irresponsabili ghall-kolpa jew negligenza tal-kaptan u ta' l-ekwipagg, dik il-klawsola matilliberax mir-responsabilita' ghall-hsara li tigri fil-merkanzija mill-fatt volontarju jew kolpuztal-kaptan; ghax klawsola simili, ghalkemm tapplika ruhha wkoll ghal vizi ta' l-istivagg, ghax is-sorveljanza ta' l-istivagg tidhol fl-attribuzzjoni tal-kaptan, tirrigwarda pero' l-accidentalitajiet tan-navigazzjoni, u ma tistax tillibera mill-konsegwenzi tal-fatt volontarju jew kolpuz tal-kaptan, bhala agent kummercjali ta' l-armatur, kif inhu l-istivagg hazin tal-merkanzija. Meta l-merkanzija tigi trasportata minn zewg vetturi f'servizz kumulativ, l-ewwel vettur, li jkun assuma t-trasport, jirrispondi, minhabba l-unita' essenzjali tal-vinkolu guridiku, anki ghall-vetturi successivi, u huwaresponsabili anki tal-hsarat li l-merkanzija tirriporta fit-trasbord, naturalment fl-assenza ta' patt espress li jezonera l-ewwel bastiment milli jirrispondi ghall-merkanzija wara t-trasbord. U kullvettur successiv jirrispondi ghall-vettur jew vetturi ohra successivi, salv ir-regress lejn il-vettur responsabili, u f'kaz ta' vetturi ohra intermedjarji, anki r-regress kontra dawn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info