Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 507

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/06/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
NEG JOSEPH FALZON vs KAPTAN SERAFINO XUEREB, MB,E,, ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1469, 1470, 1575, U 1459 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - DANNI - EVIZZJONI - GARANZIJA TAL-PUSSESS PACIFIKU - PASSAGG - PERMUTA - PIZ - SERVITU'
Fil-Qosor
Meta t-trasferiment ta` proprjeta` immobiljari jkun sar bil-garanzija espress tal-pacifiku pussess tal-fond trasferit,u wara jinstab li l-fond hu suggett ghall-servitu`, l-aljenant huwa responsabli ghad-danni minhabba evizjoni parzjali, anki jekk din is-servitu` kienet apparenti, u sahansitra kienetmaghrufa mill-akkwirent; ghaliex il-ligi tiprezuni li l-aljenant assuma l-obligazzjoni li jnehhi dik is-soggezzjoni, minghajr ebda dsitinzjoni rigward in-antura ta` din is-soggezzjoni, b'mod li jigukomprizi f'din il-garazija anki s-servitujiet legali. Gahll-finijeit ta` din l-garanzija hu mehteigli fil-kutnratt tat-trasferiment ma jkunux gew imsemmijin is-servitu` jew piz ohra gravanti fuq il-fond, jew li ma jkunx jirrizulta car li l-intenzjoni tla-partijiet ma kienetx li tikkomprendi dik is-servitu` jew piz fil-promessa tal-garazija. Il-passagg necessarju li jezisiti fuq il-fond aljenat jikkostitwixxi dritt reali u jnaqqas il-libenrta` tal-fond; ghalhekk jaqa` fil-garazija tal-pussess pacifiku. Ghalkemm is-servitujiet legali, skond xi awturi m'humiex veri servitujiet, l-istess awturijghallmu li ghandhom jigu trattati bir-regoli tas-servitu` in generali. B'applikazzjoni ta` dawn il-principji, fil-kaz prezenti gie ritenut li l-konvenut, li kien assenja b'titolu ta` permuta lill-attur sit fabbrikabili bil-garanziji tal-pussess pacifiku, kien responsabili ghad-danni lejn l-atturakkwirent ta` dak il-fond, minhabba li l-fond irrizulta li kien suggett ghal servitu` legali ta` passagg lejn fond limitrofu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni