Reference: Volume 38B (1954), Part No. 2, Section , Page 542

Judgement Details


Date
30/06/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GREGORIO FENECH vs MICHELE GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1576 (3), 1595, 1512 (1) (B), 492 (3), 494, 506 (1) TAL-KODICI CIVILI, U ART. 155 (2) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - BIR - CEDOLA TA` RKUPRU - CITAZZJONI - DOKUMENTI - ENFITEWSI - KOMUNJONI FIC-CENS - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - PASSAGG - PREFERENZA - RETRATT - SERVITU' - SERVITU' "AQUAE HAURIENDAE" - SUBENFITEWSI - TIEQA
Summary
Ir-retrattarju li jigi azzjonat biex jirrivendi l-fond irkuprat kontra tieghu ma jistax jopponi l-irritwalita' tac-citazzjoni u jitlob li jigi liberat "ab observantia" fuq il-motiv li mac-citazzjoni ma gietx ezibita kopja tac-cedola ta' rkupru. Id-dritt tal-preferenza lill-padrun dirett jinghata biss fil-kaz ta' trasferiment ta' l-utili dominju jew tal-miljoramenti b'titolu ta' bejgh, ta' dazzjoni "in solutum", jew ta' subenfitewsi; u lill-enfitewta jinghata dak id-dritt fil-kaz ta' trasferiment tad-dominju dirett b'titolu ta' bejgh jew ta' dazzjoni "in solutum". Kwantu, imbaghad, ghall-komunjoni fic-cens, il-ligi taghti lill-enfitewta d-dritt tal-preferenza fil-kaz ta' aljenazzjoni tad-dominju dirett, u mhux anki tad-dominju utili; u f'dan l-ahhar kaz, l-enfitewta jista' jkollu biss id-dritt tar-retratt. Meta si tratta ta' koncessjoni enfitewtika "ex novo", id-dritt tal-preferenza favur il-padrun dirett ma jezistix. F'kull koncessjoni ta' enfitewsi jew ta' sub-enfitewsi, il-jedd tar-rkupru legali jista', bhal fil-bejgh, jigi ezercitat dwar l-utili dominju; imma biex il-konsortifil-haga aljenata jista' jezercita dan id-dritt, hemm bzonn li hu jkun jippossjedi dik il-haga indivizament u minghajr distinzjoni ta' kwoti. Is-servitu' ta' passagg hija servitu' diskontinwa, u ma tistax tigi kostitwita hlief per mezz ta' titolu; u ghalhekk min jippretendi d-dritt ta' rkupru bazatfuq is-servitu' ta' passagg ma ghandux dak id-dritt jekk ma jippruvax dik is-servitu' per mezz ta'dokumenti, u ebda prova ma tirrizulta li s-servitu' hija ta' passagg necessarju. Is-servitu' ta' passagg hija servitu' diskontinwa, u ma tistax tigi kosta bid-destinazzjoni ta' missier il-familja; ubhala li hija mnissla mill-fatt tal-bniedem, taghti lok ghar-retratt. Il-fatt li bir ikun jinsab imhaffer in parti taht il-fond tar-retraent u in parti taht il-fond irkuprat, u fiz-zewg fondi jkun hemm herza tal-bir, hu bizzejjed biex jaghti d-dritt ta' rkupru; ghax jekk ma hemmx komunjoni fil-bir,hemm zgur is-servitu' "aquae hauriendae".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info