Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1240

Judgement Details


Date
28/06/1957
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
NEG. CARLO GALEA vs ALFRED ANASTASI PR ET NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"NEON SIGNS" - ARJA - AZZJONI POSSESSORJA - INSENJA - PARAPETT - PUSSESS - SPOLL - TOLLERANZA
Summary
Huwa veru illi l-isporgenzi fuq it-trieqat publici, bhala parapetti, turgien u rampi, huma prezuntimaghmula mill-proprjetarju tal-fond attigwu, biex jigu minnu gawduti, sakemm ikun irid il-Gvern; jigifieri b'titolu prekarju u rizolubbli skond il-volonta` tal-Gvern. Dan, pero`, ma jimportax illi kull min ird jista` impunement jimmolesta li dak is-sid fil-pussess jew dgawdija tal-parapett jew sporgenza ohra, jew jispuljah mill-pussess teighu. hu biss il-Gvern li jista`, meta jrid, jirrizolvi d-dritt tas-sid; u sakemm dan ma jaghmlux, sakemm ikun hemm il-beneplacitu tal-Gvern, dak is-sid b'ximod jippossjedi l-parapett, jew sporgenza ohra, u ghandu dritt jiggjova ruhu mill-azzjoni opportunabiex jirrepelli molestja li ssirlu f'dak il-pussess. Ghaldaqstant, jekk wiehed li gahndu parapett sporgenti fit-triq publika, jigi molestat minn persuna ohra bit-tqeghid ta` isneja jew "neon light" li jitqeghdu f'pozizzjoni li jispoljaw li l sid il-parapett mill-pussess tal-istess parapett, l-ispoljant ma jistax jallega lil-attur ma ghandux il-proprjeta` ta` dak il-parapett gahx id-dgawdija ta` parapett hija att ta` tolleranza . Gahndha ssir distinzjoni bejn meta tolleranza tkun giet minghandmin isofri l-azzjoni u meta tkun gejja minn hadd iehor; fl-ewwel kaz, l-azzjoni ma tistghax tiggjovali min ikun qieghed jaghmel la-ttijiet ta` tolleranza; fit-tieni kaz, ma tistghax ma tiggjovahx. Lanqas jista` dak l-ispoljant illi hu ma kkommetta ebda spoll, ghax biex qieghed l-insenja luminuza huwa ghamel uzu mill-arja, u l-arja, bhala "res communis", mhix suxxetiva ta` godiment u ta` pussesseskluziv. Ghax altru hi dik is-sustanza li l-massa totlai tagha tikkostitwixxi l-atmosfera li ticcikonda d-dinja, u kwindi anki l-parpett tal-attur, u altru huwa l-ispazju soprastanti s-superfici u dak kollu li jinsab fuq is-superfici, skond il-principju li l-proprjeta` tas-swol testendi ruhha ghall-ispazju sovrastanti u ghal kull ma jinsab fuq is-superfici u tahtha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info