Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1089

Judgement Details


Date
12/09/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
EDWARD BORG OLIVIER PR. ET NE vs ONOR. NUTAR DR. GIORGIO BORG OLIVIER LL.D M.L.A ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 532 (1), 876 (1), U 1978 U 1959 (2) TAL-KODICI CIVILI - DELEGAZZJONI - ILLEGITTIMITA' TAL-PERSUNA - INIBIZZJONI - INKWILINAT - INTERESS - KONSORZJU - LOKAZZJONI - MANDAT - ZGUMBRAMENT
Summary
Il-mandatarju ma jistghax, skond il-Ligi Maltija, iqabbad lil haddiehor minfloku, jekk ma tkunx gietmoghtija lilu s-setgha ghal daqshekk mill-mandant; pero' din is-setgha ta' delegazzjoni ma ghandhiex bzonn tkun tabilfors espressa, u tista' tkun ukoll tacita, bhal ma jista' jkun tacitu l-mandat. Ujekk il-fakolta ta' delegazzjoni tigi moghtija fil-mori tal-kawza maghmula minn mandatorju delegatminn mandatarju iehor li ma kellux is-setgha jaghmel dik id-delegazzjoni, l-eccezzjoni ta' illegittimita tal-persuna ta' dak il-mandatarju attur ma tibqghax fondata; u jekk il-konvenut kien gustifikatjossollevaha, ma kienx pero' gustifikat jippersisti fiha. Il-Konsorti li jittrasferixxu lil konsorti iehor is-sehem taghhom indiviz ta' fond formanti parti minn wirt li ghadu mhux likwidat, ma jistghax jallegaw li ma ghandhomx interess, jekk jigu mharrkin f'kawza fejn il-kwistjoni tkun dwar dak il-fond ghax ittrasferew sehemhom lil dak il-konsorti l-iehor; ghax dak it-trasferiment hu ta' naturakondizzjonali, u l-effett tat-trasferiment huwa limitat ghal dak is-sehem li jmiss lilhom fil-qasma, u sa ma din issir huma jistghu jkollhom interess. Mandat ta' inibzzjoni ottenut minn komproprjetarju kontra komproprjetarju iehor biex ma jkomplix jokkupa l-fond komuni, mhuwiex ekwipollenti ghal mandat ta' zgumbrament ta' dak il-komproprjetarju mill-fond komuni; imma jimporta biss illi wiehed mill-konsorti ma ghandux id-dritt juza l-fond kollu, jew parti minnu skond il-kaz, ad eskluzjoni tal-konsorti l-ohra. Jekk il-fond komuni ma jkunx tali li jista' jigi okkupat kontemporaneament mill-konsorti kolha skond ir-rispettivi kwoti taghhom fil-konsorzju, dik l-okkupazzjoni mhix materjlment possibbli, apparti milli tista' tkun fonti ta' litigi u kwereli kontinwi bejn il-konsorti; u allura s-soluzzjoni ghall-ahjar godiment tal-fond biz-zmien in proporzjon tal-kwoti rispettivi tal-konsorti. Il-mandat ta' inibizzjoni biex il-konsorti ma jkomplix jokkupa l-fond jista' johrog anki meta dak il-konsorti jkun fil-fatt qieghed jokkupa dak l-istess fond, u l-mandat li jkun hareg bhala kawtelatorju, jisthoqqlu jigi konfermat u jsir ezekuttiv; imma in kwantu dak il-mandat gie ottenut ukoll biexil-konsorti jigi inibit milli jikri l-fond lill-barranin, l-istess inibizzjoni ma jisthoqqilhiex tigi konfermata; ghaliex il-kompossessur jista' dejjem jikri l-haga komuni bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti, jew anki minghajr dik l-awtorizzazzjoni u minghajr il-kunsens tal-konsorti l-ohra kollha, salv id-dritt ta' dawn li jagixxu ghall-annullament ta' dik il-lokazzjoni fi zmien xahrejn "a die scientiae"




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info