Reference: Volume 41E (1957), Part No. 3, Section , Page 1219

Judgement Details


Date
26/02/1957
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
PETER FALZON ET. NE. vs AVUKAT DR. GEORGE DE GAETANO ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APERTURA TA' KREDITU - ART. 743 (G) TAL-KAP. 15 - BANK - GURISDIZZJONI - KOMPETENZA - SEKWESTRU
Summary
Jekk bank lokali jiftah kreditu b'inkariku ta' ditta lokali favur ditta estera biex jassikura l-hlastal-prezz ta' merkanzija li d-ditta estera tkun sejra tbiegh u tispedixxi lid-ditta lokali, u mbghad jezegwixxi l-inkariku skond it-termini tal-apertura tal-kreditu, u wara li jhallas jircievi sekwestru mid-ditta lokali kontra d-ditta estera minhabba xi reklam li d-ditta lokali taghmel kontra taghha in konnessjoni ma' dik il-merkanzija, il-bank ma jkollux f'idejh flus tad-ditta estera jekk kien ga ezegwixxa l-inkariku meta gie notifikat bis-sekwestru; u jekk dik id-ditta estera ma ghandhiex flejjes jew effetti ohra f'dawn il-Gzejjer li fuqhom tkun tista' tigi ezegwita s-sentenza, u dan meta giet prezentata c-citazzjoni kontra d-ditta estera, il-Qorti ma ghandhiex gurisdizzjoni tiehu konjizzjoni tal-kawza; u ghandha tordna "ex officio" ll-inkompetenza taghha minhabba nuqqas ta' gurisdizzjoni. Il-Bank lokali, anki jekk kellu xi flus tad-ditta estera f'idejh meta rcieva s-sekwestru, ma ghandux ghalfejn jigi mdahhal fil-kawza biex jigi lilu inibit li jittrasmetti l-flus lid-ditta estera,jew biex ihallas jew jirrestitwixxi lid-ditta lokali dik il-parti tal-prezz li din tippretendi li ghandha tiehu lura minn ghand id-ditta estera. Ghax il-ligi tipprovdi lill-kreditur il-mezz biex jottjeni dan; imma mhux b'kawza kontra l-Bank sekwestratarju, izda b'mezzi ohra stabbiliti mill-Ligi tal-Procedura; u kwindi hu xieraq li l-Bank jigi mahrug barra mill-kawza fil-kaz li jigi azzjonat f'dan is-sens.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info