Referenza: Volum 42B (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 312

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/05/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
JOHN PORTELLI vs EMMANUELE SACCO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - BOARD TAL-KERA - DAR - DESTINAZZJONI TAL-FOND - HANUT - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI - MAHZEN - SKRITTURA
Fil-Qosor
Sentenza tal-Board tal-Kera bazata fuq l-interpretazzjoni ta' krittura tal-lokazzjoni hija appellabbli fuq pont ta' ritt; ghaliex l-interpretazzjoni ta' ftehim miktub hija kwistjoni ta' dritt. Il-fatt li fl-iskrittura tal-lokazzjoni tissemma l-kelma "dar", bhala oggett tal-kirja kien illi l-fond jintuza bhala dar tal-abitazzjoni; u dan hu aktar u aktar il-kaz meta si tratta li jigi ndagat x'kienl-iskop tal-kirja ghall-finijiet tal-Ligi li tirregola t-tigdid tal-Kiri. U la ma jinghadx fl-iskrittura illi d-dar kellha sservi ghall-abitazzjoni, u ma jkun hemm xejn fic-cirkustanzi li bilfors jinduci ftehim tacitu f'dan is-sens, ma jistghax jinghad fuq dik id-dicitura biss, li l-fond inkera bhala dar tal-abitazzjoni. U allura, jekk il-provi juru li l-fond "dar" inkera biex jigi uzat bhala tali, dan il-fatt jekk ma jkunx hemm xi gustifikazzjoni fic-cirkustanzi specjali tal-kaz, jammonta galtibdil fid-destinazzjoni tal-fond; ghax biex fond ikollu u jibqa' jgawdi l-protezzjoni specjali lil-ligi taghti lill-"hanut", jehtieg li jkun u jibqa' uzat bhala tali. U l-ligi ma jidherx li tikkontempla bhala "mahzen" protett minnha bhala "hanut" kwalunkwe fond fejn wiehed jerfa' xi affarjiet, ikunu x'ikunu, imma aktarx fondi fejn jinhazen "wares" jew "goods" konnessi man-negozju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni