Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 517

Judgement Details


Date
27/10/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
MARIANNA CINI PR. ET NE. vs PAOLO GALEA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"JUS SUPERVENIENS" - ACCETTAZZJONI TA' EREDITA' - APPELL - ART. 1088, 1089, U 1074, 1075, 1076, U 890 TAL-KODICI CIVILI - ART. 206 TAL-PROCEDURA CIVILI - BENNEJ - DANNI - KONTUMACJA - KWAZI-DELITT - MARA - PERIT - SOLIDARJETA' - TFAL
Summary
Il-konvenut li jibqa' kontumaci quddiem l-Ewwel Qorti, mhux prekluz milli jappella mis-sentenza ta'dik il-Qorti; biss, il-kontumaci ma jistghax igib quddiem il-Qorti tal-Appell xhieda, kemm il-darbama jiggustifikax in-nuqqas tieghu. Imma jittratta l-kawza jista'. Hu veru li fil-kaz ta' persuna li ssofri hsara minhabba offiza personali lilha kagunata mill-agir doluz jew kolpuz ta' hadd iehor, ir-rizarciment tad-danni hu mill-ligi moghti biss lill-persuna direttament offiza mill-fatt doluz jewkolpuz, u fil-kaz li dan il-fatt jikkaguna l-mewt, lill-eredi ta' dik il-persuna; izda jekk l-offizimut u jhalli l-mara u t-tfal, l-azzjoni tal-mara u t-tfal ghad-danni kontra d-danneggjant ma tistghax tigi opposta bhala li ma tikkompetix lilhom. Kwantu ghat-tfal, l-azzjoni taghhom hija propostasewwa avvolja huma jagixxu f'isimhom proprju, u fic-citazzjoni ma jindikawx li qeghdin jagixxu bhalawerrieta ta' missierhom, jekk fil-fatt huma jkunu l-eredi tieghu; ghax in-nuqqas ta' indikazzjoni ta' din il-kwalita' taghhom fic-citazzjoni ma jinnewtralizzax il-fatt illi fil-mument tal-prezentatata' dik ic-citazzjoni huma kienu effettivament l-eredi ta' missierhom; kif lanqas ma jiswa l-fatt illi huma jkunu ghadhom ma accettawx l-eredita' ta' missierhom, u kwindi kienu ghadhom mhumiex kunsidrati bhala eredi "di diritto". Din id-diffikulta' tan-nuqqas ta' accettazzjoni tal-eredita', mbghad,tisparixxi ghal kollox jekk it-tfal fil-mori tal-kawza, jaccettaw dik l-eredita'; u dan bis-sahha tal-"Jus Superveniens", li jissana d-difett li talvolta seta' kien hemm. U tabilhaqq, it-teorija tal-"Jus Superveniens" giet applikata mill-Qrati Taghna l-aktar meta l-obligazzjoni li tkun il-bazi tal-azzjoni tkun sospiza b'kondizzjoni jew terminu, u din il-kondizzjoni tavvera ruhha, jew it-terminujaghlaq, waqt il-kawza; u f'kaz sim li jista' jitqies li t-tfal tal-mejjet, li kienu bil-ligi msejhin ghas-successjoni tieghu, kienu "eredi" tieghu kondizzjonatament ghall-accettazzjoni tal-wirt tieghu; u din l-accettazzjoni tkun saret waqt il-kawza. Oltre dan, il-kazi li fihom hija applikabbli dinit-teorija mhumiex tassattivi. U dan apparti raguni ohra li ghaliha din it-teorija tapplika "a fortiori"; u cjoe' ghaliex l-accettazzjoni tal-eredita ghandha effett retroattiv minn dak inhar tal-ftugh tas-successjoni. Lanqas ma hu ta' ostakolu l-fatt li l-accettazzjoni tal-eredita' tkun saret wara li d-danneggjant ikun issolleva l-eccezzjoni li t-tfal ma agixxewx bhala eredi ta' missierhom; diversament, it-teorija tal-"Jus Superveniens", tista' tghid, ma tkunx applikabbli qatt; mentri, invece, dik it-teorija giet applikata mill-Qrati Taghna, f'kazijiet kongruwi, anki meta d-difett inizjaligie sanat, bis-sopravvenjenza tad-dritt, wara l-eccezzjoni, sahansitra anki meta l-kawza kienet fl-appell. U jista' jizdied illi, meta l-eccezzjoni tkun dilatorja, bhal fil-kaz prezenti, il-"Jus Superveniens" ma hux ostakolat mill-eccezzjoni, ghaliex minn dik l-eccezzjoni l-konvenut ma jottjenix ebda effett iehor hlief dak li jikkostringi lill-attur jerga jipproponi l-azzjoni tieghu. Kwantu ghall-mara tal-persuna li mietet, anki din, avvolja mhix eredi ta' zewgha, tista' tazzjona ghad-danni; ghax il-fatt li hija mhix eredi ta' zewgha ma jnaqqasx kull dritt u nteress li hija ghandha li tunixxi ruhha ma' wliedha fl-azzjoni ghal dawn id-danni. Kif mbghad l-ammont tad-danni akkordat mill-Qorti jigi allokat bejn il-mara u t-tfal, hija kwistjoni ta' bejniethom, skond il-ligi, u mhix haga li jaraha d-danneggjant. Kull min, bi htija, cjoe' b'nuqas ta' prudenza, diligenza, jew ta' hsieb, jikkaguna hsara li hadd iehor, huwa responsabbli ghad-danni kagunat mill-ghemil jew nuqqas tieghu; u majistghax ikun hemm dubju li perit li jigi nkarikat mill-kostruzzjoni tal-bini lilu fdata, specjalment ghal dak li hi solidita', issir sewwa u skond is-sengha; anzi principalment, skond il-ligi, dan id-dover jaqa' fuqu aktar milli fuq il-bennej; u huwa l-perit dak li jassumi quddiem l-awtorita' kompetenti, billi jimla l-formola preskitta, ir-responsabilita' tax-xoghol li tieghu jkun ser jiehu d-direzzjoni. Dover ghalhekk, formalment assunt u mpost mill-ligi, tal-perit, hu dak illi huwa dmiru lijara li l-bennejja li jkunu ser jahdmu tahtu jkunu licenzjati; u anki jekk licenzjati, ghandu jiddirigi huwa nnifsu u jissorvelja x-xoghol, b'mod li ma jhallix isiru operazzjonijiet kontra s-sengha uli jikkreaw perikolu. Mhux bizzejjed ghall-perit li jistaqsi lill-bennej x'inhu jaghmel, u joqghodfuq dak li jghidlu l-bennej; imma ghandu jaccerta ruhu personalment u direttament x'ikun qed isir, uhuwa responsabbli ghad-danni jekk l-ghemil tieghu juri negligenza; minghajr ma jista' jinvoka favurtieghu nnifsu l-kaz fortuwitu, ghax il-kaz fortuwitu ma jezonerax mir-responsabilita' meta jkun precedut minn dolo jew htija ta' min jinvokah. Il-bennej huwa wkoll responsabbli ghad-danni jekk fix-xoghol tieghu huwa juri nuqqas ta' hila u diligenza; u ma jistghax jehles minn din ir-responsabilita'billi jallega illi ladarba kien hemm perit inkarigat mid-direzzjoni tax-xoghol, u dan ma tahx istruzzjonijiet diversi, allura huwa nehha kull responsabilita' u tefaghha fuq il-perit. Ghad illi kienhemm perit inkarigat mid-direzzjoni tax-xoghol, dan ma jehlisx lill-bennej, li bhala mghallem indahal ghax-xoghol, u fil-fatt ezegwieh, u ghalhekk ghandu josserva d-diligenza u jkollu l-hila mehtiega.Jekk il-perit kien hati talli ma ddirigiex u ma ssorveljax ix-xoghol, kif kien dmiru, dan mhux talli ma jezonerax lill-bennej, imma anzi jkabbar ir-responsabilita' tieghu. Qabel ma jindahal ghax-xoghol, huwa ghandu jkollu l-kapacita' teknika mehtiega; jekk ma kellux din il-kapacita' kellu jfittexid-direttivi tal-perit. U allura lanqas hu ma jista' jinvoka favur tieghu nnifsu l-kaz fortuwitu.Ghaldaqstant, fil-kaz ta' nuqqas tant tal-perit kemm tal-bennej, dawn huma t-tnejn responsabbli ghad-danni kagunati mill-ghemil kolpuz taghhom; u l-kundanna taghhom ghall-hlas tad-danni ghandha tkunsolidati. Fil-kaz prezenti, fejn fil-kostruzzjoni ta' bini waqa' travu li kkaguna l-mewt ta' xi haddiema, l-Ewwel Qorti zammet lill-perit u lill-bennej solidament responsabbli ghad-danni favur l-armla ta' wiehed mill-haddiemau t-tfal tieghu, li agixxew ghad-danni, u llikwidat id-danni fis-somma ta'Lm800. Il-Qorti tal-Appell, fil-waqt li kkonfermat is-sentenza tal-Ewwel Qorti ghall-kumplament, irriformatha billi awmentat is-somma tad-danni ghall-massimu permess mill-ligi ta' Lm1200; wara li rrilevat li forsi wasal il-waqt li "in lege ferenda" jigi kunsidrat jekk il-ligi ghandhiex tigi emendata b'mod li l-Qrati jkunu jistghu jakkordaw rizarciment adegwat konfacenti ghac-cirkustanzi ta' kullkaz u ghall-valur korrenti tal-flus.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info