Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 551

Judgement Details


Date
03/11/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
AVUKAT DR. ALBERTO GANADO vs NUTAR DR. GIORGIO BORG OLIVIER ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - INTERVENT FIL-KAWZA - KJAMATA IN KAWZA - KUMITAT EZEKUTTIV - PARTIT POLITIKU - RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA
Summary
Biex tigi deciza kwistjoni nvoluta f'kawza jehtieg l-ewwelnett li tigi precizata d-domanda kontenutafic-citazzjoni; ghax huwa minn dik id-domanda li johrog l-istat kontrovers li jifforma l-oggett tal-kawza. Jekk wiehed hu membru ta' partit politiku u tal-Kumitat Ezekuttiv ta' dak il-partit u ssir seduta ta' dak il-Kumitat fejn jigi dikjarat li dak il-bniedem ma ghadux jifforma parti minn dak il-Kumitat u mill-istess partit, u hu jaghmel talba biex jigi mill-Qorti dikjarat u deciz li dik is-seduta kienet illegali, u illi d-decizjoni hekk mehuda kontra tieghu hi nulla u bla ebda effett, u li kwindi hu ghadu jifforma parti tant minn dak il-Kumitat kemm mill-istess partit, it-termini tad-domanda tieghu ma jhallux ebda dubju illi r-rapport guridiku li jifforma s-sostrat tal-azzjoni tieghu jezisti bejnu u bejn l-imsemmi Kumitat u partit. Ghax il-lezjoni ta' dritt li l-attur jilmenta minnha saret, kif jasserixxi hu, minn dak il-Kumitat, u hu precizament kontra l-istess Kumitat bhala korp ul-partit li l-attur qieghed jitlob li jigi rikonoxxut u reintegrat id-dritt affermat minnu. U jekkil-persuni minnu mharrka bhala kontraditturi tad-domanda tieghu huma r-rapprezentanti legittimi tal-Kumitat u tal-partit ghall-finijiet gudizzjarji skond l-istatut tal-partit, huwa car illi l-istess konvenuti huma l-legittimi kontraditturi tal-attur; u kwindi l-gudizzju gie istitwit tajjeb kontra taghhom, u ma hemmx in-nullita' akkampata fl-eccezzjonijiet taghhom fis-sens li l-gudizzju mhux integru ghax messhom gew konvenuti persuni ohra li hadu parti u jivvutaw f'dik is-seduta billi kienu ddekadew minn dak id-dritt. Ghax il-kwistjoni principali hi dik tan-nullita' tas-seduta u tad-decizjonimehuda fiha fil-konfront tal-Kumitat legittimament rapprezentat mill-konvenuti; u l-kwistjoni li fis-seduta hadu parti xi persuni li ma setghux jintervjenu fiha hija incidentali, u l-Qorti tal-meritutkun trid tezaminaha; mhux biex tiddecidi dwarha, imma biex tkun tista' tasal biex tippronunzja ruhha fuq il-kwistjoni principali. L-interess li jista' kollhom dawk il-persuni f'dik il-kwistjoni incidentali ma jfisserx illi minghajr ic-citazzjoni taghhom mill-bidu l-gudizzju sar hazin, ladarba l-partijiet litiganti fil-fatt huma kif kellhom ikunu, dawk li bejniethom avvera ruhu l-vera u pretiz rapport guridiku. Ebda vinkolu jew rapport guridiku ma kellu l-attur mal-membri individwali tal-Kumitat. Ghalhekk l-eccezzjoni ta' nuqqas ta' integrita' tal-gudizzju f'kaz simili moghtija mill-konvenuti, mhix sostenibbli; u jekk il-kawza tghaddi f'sede tal-appell, il-kwistjoni jekk il-membri l-ohratal-Kumitat jistghux jintervjenu, jew fuq talba tal-konvenuti, jew fuq ordni tal-Qorti, jigu msejhinfil-kawza, mhijiex quddiem il-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info