Referenza: Volum 42B (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 338

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/05/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
JOSEPH BORG vs NOBBLI MARIA TESTAFERRATA BONNICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT - LOKAZZJONI D'OPERA - MANDAT - PERIT - PROFESSJONISTA - PROVA - STIMA
Fil-Qosor
Meta min jinkariga perit biex jehodlu hsied il-kostruzzjoni ta `bini jallega li huwa ma kienx qieghed jirrkjedi biss minn ghand il-perit l-opra teighu professjonali bhala perit, imma kien qieghed jagheml mieghu kuntratt ta` appalt ghal dak ix-xoghol bi prezz stabbilit, ikun qieghed jallega li nholqot bejnu u bejn dak il-perit relazzjoni li mhix normali u solita bejn klijent u professjonista; u ghalhekk wiehed ghandu jezigi minn ghand min jaghmel din l-allegazzjoni prova preciza u konkludenti taghha. Billi l-kommittent jitlob lill-perit stima tax-xoghol li jkun ser isir, dan ma jfisserx illi kien qieghed isir ftehim bejn il-kommittent u l-perit dwar kemm dan kien qieghed joffri biex jiehu x-xoghol, imma jfisser biss li l-perit ikun qieghed joffri biex jiehu x-xoghol, imma jfisser biss li l-perit ikun qieghed jaghti lill-kommittent, kif huwa normali meta wiehed iqabbad perit biex jahsiblughal bicca xoxghol, kalkolu preventiv tal-ammont kli jidher bejn wiehed u iehor involut. U billi l-imghallem li ghandu jezegwixxi x-xoghol jigi mqabbad mill-perit u minnu jigi mqieghed f'kuntratt mas-sid, jibqa` dejjem lil -perit jassumi d-direzzjoni purament teknika u professjonali, mentri l-imgahllem jassumi l-ezekuzzjoni tax-xoghol di fronti ghall-kommittent; u fir-relazzjonijiet tieghu mal-imghallem il-perit jagixxi bhala mandatarju tal-kommittent. Fid-dottrina hu kontrovers jekk, in tezigenerali u astratta, in-natura tar-relazzjoni guridka ta` perit arkitett vis-a-vis-vis l-kommittentjew sid li jinkarigah bid-driezzjoni teknika tax-xoghol, hix relazzjoni ta` mandat jew ta` lokazzjoni d'opera jew relazzjoni "sui generis"; pero` , meta s-sid iqbbad imghallem hu u jaghmel dak il-jkun hemm bzonn, ir-relazzjoni li tinholoq hija ta` mandat, u l-perit jobliga lis-sid di fronti ghall-kutnrattur, dan jista` jagixxi direttament kontra l-kommittent, u dan ma jistghax jghid li ma ghnaduebda relazzjoni mieghu. Lanqas hi raguni biex teskludi din il-konkuzjoni l-fatt li l-kuntrattur jkun qal lis-sid biex ma jindallux dwar xi bicca xoghol; gahx ir-resposabilita` li -xoghol isir sewwaskond is-sengha, specjalment ghal dak li hu nuqqas ta` periklu u solidita` tal-bini, hija tal-kutnrattur (u talvolta tal-perit), u ghalhekk li ma jaccettax suggerimenti li jidrulu mhux teknikament f'lokhom, jew ordnijiet, mis-sid.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni