Referenza: Volum 42B (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 360

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/06/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, GOUDER TANCRED
Partijiet
PAOLINA MEDATTI ET vs WILFRED PODESTA` NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ART MIBNIJA" - "DEVELOPED TENEMENT" - "LAND VALUATION" - "WAR DAMAGE COMMISSION" - LAND VALUATION ORDINANCE 1941 - WAR DAMAGE ORDINANCE 1943
Fil-Qosor
Ghall-finijet tal-Ordinanza dwar il-hsarat tal-Gwerra, l-espressjoni "Art mibnija" - "developed tenement" - ghanha l-istess sinifikat li hemm fl-Ordinanza dwar il-valutazzjoni tal-Artijiet Mibnija; ul-Ordinanza dwar il-Valutazzjoni tal-Artijiet Mibnija tfisser l-Ordinanza tal-1941 dwar il-Valutazzjoni tal-Artijiet Mibnija ukull ligi ohra li temebnda dik l-Ordinanza. L-espressjoni "art mibnija" ma ghandhiex tigi mehuda li teskludi l-bini li kien inkomplit fiz-zmien preskritt mill-ligi ghax kienghad jonqsu xi haga ghall-abitazzjoni, u b'mod li tinkludi biss il-bini komplit minn kollox. Fid-definizzjoni tal-ligi ma hemm ebda distinzjoni bejn bini komplut u mitmum u bini mhux komplut u mhuxmitmum; u certament, fabbrikat l k ien jonqsu xi tarag u jew il-kisi ta` xi bjut, huwa bini, u l-art hija mibnija u zviluppata; u ghalhekk tikkwalifika ghall-kumpens ta` hsara tal-gwerra. jekk mbaghad l-art mibnija tkun giet rikonoxxuta bhala tali ghall-finijiet. Jekk mbghad l-art mibnija tkun giet rikonoxxuta bhala tali ghall-finijet tal-ligi dwar il-Valutazzjoni tal-Artijiet Mibnija, biex fuqha jithallsu l-kontribuzzjonjiet kontemplati b'dik il-ligi, tkun ingustizzja ghas-sid tal-art li din ma tigix kunsidrata bhala "art mibnija" ghall-finijiet tal-kotribuzzjonijiet dovuti taht il-Ligi dwar il-Valutazzjoni tal-ARtijiet. Dak ir-rikonoxximent, bil-Konsegwenza tal-hlas tal-kontribuzzjonijiet, irradika fis-sid dritt kwezit, u ta` lill-fabbrikat kwalifika quddiem il-War Damage Commissionli ma tistghax tithassar minghajr ingustizzja manifesta ghall0kontribwent,; u huwa illogiku li ghall-finijiet tal-kontribuzzjoni l-fabbrikati jigu kunsdirati bhala art mibnija, u ghall-finijeit tal-indennizz l-istess fabbrikati jigu kunsidrati bis-sahha tal-istess ligi, bhala art mhux mibnija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni