Referenza: Volum 34A (1950), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 178

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/05/1950
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
EMMANUELE BIANCO ET. vs MICHELE GALEA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARMATURA - ART.1615 U 1628 TAL-KODICI CIVILI - HAJT ESTERN - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
In forza ta' l-obligi li l-lokatur ghandu versu l-konduttur bis-sahha tal-kuntratt tal-lokazzjoni, il-lokatur ghandu jikkonsenja lill-konduttur il-haga mikrija bl-accessorji kollha taghha bla eccezzjoni, jekk ma jkunx hemm patt ghal xi eskluzjoni, li pero' ma tkunx thassar in-natura tal-kuntratt. Dawna l-accessorji jikkomprendu l-faccata u l-parti estena tad-dar, kunsidrata tant bhala spazju kemmmill-punto di vista tal-prospettiva taghha. L-istess lokatur ghandu jara li l-konduttur ikun mantenut fil-pacifiku godiment tal-haga li jkun krielu; u nduttivament u ntuwitivament ghandu huwa stess jastjeni ruhu milli jaghmel attijiet li bihom il-konduttur jigi disturbat f'dak il-godiment ghaz-zmienkollu tal-lokazzjoni. Dana l-obligu pero' ma ghandux jigi estiz sal-pont li l-konduttur ghandu jigirisparmjat minn kwalunkwe u kwalsijani nkomodu; u bhala kriterju tal-limitazzjoni ta' din il-garanzija jistghu jservu l-istess kondizzjonijiet tal-haga lokata jew l-uzu tal-post fejn dik l-istess haga tkun tezisti. Il-konduttur jista' jopponi ruhu ghall-modifikazzjonijiet li l-lokatur ikun irid jaghmel fil-fond fil-kors tal-kirja, anki jekk dawk il-modifikazzjonijiet ma jirrekawlu ebda pregudizzju; u ghalhekk, meta danil-pregudizzju jkun hemm, l-obligu tal-garanzija tal-pacifiku godiment tat-tgawdija tal-fond jidher aktar u aktar manifest. Ghaldaqstant il-konduttur ghandu d-dritt jopponi ruhuli titwahhal armatura, anki bil-kunsens ta' l-istess lokatur, li tokkupa xi parti mill-faccata tal-fond mikri ghandu, u anki jimpedixxi li s-sid jippermetti lil hadd iehor iwahhal dik l-armatura; u dan avvolja ghat-twahhil taghha jkun gie ottenut il-permess mill-awtorita' amministrativa.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni