Referenza: Volum 64C (1960), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 434

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/01/1960
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
BLANCHE PACE BONELLO ET. vs EMMANUELE CORDINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 226(2) TAL-KAP. 15 - KONGEDO - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI - PROVI - VALUR APPELLABILI
Fil-Qosor
Biex tkun appellabbli sentenza tal-Qorti tal-Magistrati Civili, jehtieg li l-valur tal-pretensjoni jiskorri lLm5, jew inkella li jkun hemm punt ta' dritt maqtugh fis-sentenza. Meta ma hemm ebda perijodu lokatizju, imma biss rilokazzjoni tacita ta' fond, il-kompetenza, f'kaz ta' fond urban, hi stabbilita mill-ammont ta' rata tal-kera; u jekk din tkun anqas minn Lm5, is-sentenza mhix appellabbli jekk ma jikkontkorrix ir-rekwizit tal-punt ta' dritt deciz fis-sentenza. Billi s-sentenza tal-Qorti Inferjuri tkun irriteniet li l-inkwilin kien ta l-kongedo lil-lokatur ma jfisserx li hemm fis-sentenzaappallata dan il-punt ta' dritt, jekk, biex tiddecididwaru l-Qorti ma tkunx dahlet fi principji legali, imma tkun biss ghamlet apprezzament tal-provi u waslet ghal dik il-konkluzjoni. Lanqas ma hu punt ta' dritt diskuss u deciz fis-sentenza appellata l-fatt li l-Ewwel Qorti tkun irrigettat xi proviofferti. Dan apparti milli m a jistax jighata appell mid-digriet li jkun irrigetta dawn il-provi jekk xejn ma jissemma fin-nota tal-appell dwar dan l-appell; ghax hu veru li l-procedura quddiem il-Qrati Inferjuri hi sommarja, imma fl-istess hin mhix tali fis-sens li l-ligi tista' tigi vjolata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni