Referenza: Volum 64C (1960), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 550

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/03/1960
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
BENJAMIN DE GIOVANNI vs DR.GIUSEPPE MIFSUD SPERANZA NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 83 TAL-KAP.70. - KONSORZJU - LEGAT - LIKWIDAZZJONI - SPEJJEZ FIL-FOND EREDITARJU - SPEJJEZ FUNERARJI - TAXXA TAS-SUCCESSJONI - WIRT
Fil-Qosor
Trattandosi ta' wirt, il-patrimonju hu wiehed, u fih jidhlu mhux biss is-sustanzi attivi u passivi ezstenti fil-mewt tad-decujus, izda ankil -akkwisti li jsiru wara, il-frutti li jingabru, il-miljoramenti u l-ispejjez li jsiru mill-konsorti, u dak kollu lijkun jista' jintegra jew inaqqas l-assi ereditarju, komprizi l-prestazzjonijiet personali tal-ko-eredi bejniethom in relazzjoni mal-wirt. Ghalhekk fil-wirt jidhlu wkoll il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardawh, u mhux licetu li cespiti wiehed jigi spigolat mill-assi qabel ma ssir il-likwidazzjoni. Bil-konsegwenza illi, jekk wiehed mill-konsorti ta' fond ereditarju jaghmel xi spejjez jew benefikati f'dak il-fond, huwa ma jistghax jagixxi kontra l-konsorti l-ohra ghal sehemhom minn dawk l-ispejjez qabel ma ssir il-likwidazzjoni tal-wirt. L-azzjoni tieghu tkun intempestiva. L-iestess haga jinghad ghal-ispejjez funerarji li huwa jkun hallasfl-interess tal-wirt, ghax dawn jaggravaw fuw l-eredita'; kif ukoll ghal kull prestazzjoni ohra personali tal-eredi in konnessjoni mal-wirt. Ghal kuntrarju, it-taxxa tas-successjoni li wiehed ikun hallas fuq legat imholli mit-testatur favur wiehed mill-eredi hija ripetibbli minn ghand dak il-legatarju ndipendentement mil-likwidazzjoni tal-wirt; u dan avvolja d-dispozizzjoni testamentarja tkun giet moghtija forma ta' obligu jew piz lill-eredi; ghax b'dik id-dispozizzjoni saret ugwalment trasmissjoni ta' beni li hia sufficjenti biex tirrendiha mponibbli bhala legat, u l-legatarju hu obligat ihallas it-taxxa ma tistghax tissejjah spiza ghall-ezekuzzjonital-legat. Kwindi, l-azzjoni ghall-hlas tat-taxxa tas-successjoni hekk inhallsa mhix intempestiva jekk tkun ghadha ma saretx il-likwidazzjonital-wirt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni