Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 764

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/11/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
VINCENT PARNIS vs AVUKAT DR GIUSEPPE VELLA LL.D.NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI "DE IN REM VERSO" - ELEMENTI
Fil-Qosor
L-azzjoni "de in rem verso" hija koncessa fil-kazijiet mata l-azzjoni "ex contractu" mhix esperibbli; u ghandha l-dondament u l-limiti taghha fil-vantagg li terza persuna takkwista; fin-nuqqas ta' liema vantagg l-azzjoni ma tistax tigi esperita. U kwindi l-elementi ghas-success ta' din l-azzjoni huma (a) li l-haga li tkun giet verstata, jew li tkn ghaddiet fil-patrimonju ta' hadd iehor, tirrizultata' vantagg u utilita' tieghu, (b) li dak il-passagg tal-haga (versjoni) jkun sar b'titolu lukrattiv; (c) u li min jirceviha jkun sar aktar sinjur b'dak li jghaddi ghandu. Wiehed mill-modi kif jista'jsir dan l-arrikkiment huwa dak li jitnissel minn negozju guridiku ntervenut bejn id-danneggjat u l-arrikkit, li skond il-ligi (a) huwa null, u li minnu, kwindi, ma titwieledx azzjoni, (b) jew li jkun gie rizolut, (c) jew li tonqos fih il-kawza. Ghaldaqstant, fil-kaz prezenti, fejn l-attur kien nefaq flus biex immiljora fond ta' missieru, li kien interdett, u fejn l-attur talab li jigu rifuzi l-flus hekk minnu minfuqa, il-Qorti zammet u qatghet li, anki jekk il-missier interdett ma setghax, minhabba l-inkapacita' tieghu, jakkonsenti biex isiru dawk l-ispejjez, u avvolja t-titolu ta' l-atturkien difettuz, l-attur kelu dritt jirreklama kawk il-flus bis-sahha tal-azzjoni esperita "de in remverso".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni