Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 689

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/06/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
LEWIS SALERNO vs AGATHA VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEPOZITU TAL-KERA - LOKAZZJONI - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Is-sid li jkun ga talab quddiem il-Qorti l-izgumbrament tal-inkwilin huwa ntitolat li jirrifjuta l-kera minn ghand dak l-inkwilin; ghax ir-ricezzjoni tla-kera da parti tieghu hija inkompatibbli mat-talba tieghu ghal dak l-izgumbrament, specjalment jekk il-kera jkun jithallas bil-quddiem. Diveras huwa l-kaz meta l-inkwilin joffri lill-lokatur illi jaccetta l-kera bir-rizerva li r-recezzjoni tal-kera ma ghadhiex tkun ta' pregudizzju ghat-talba tal-izgumbrament. Wara li l-lokatur jirrifjuta l-kera, il-konduttur ma ghandux ghalfejn jiddepozita l-kera taht l-awtorita' tal-Qorti, u b'hekk jikkagunaspejjez lill-lokatur billi jgieghlhu jircievi l-kera b'deduzzjoni tal- ispejjez tad-depozitu. Ghaxl-unika raguni li tista' tinduci lill-inkwilin jghaddi ghal dak id-depozitu wara r-rifjut tal-lokatur hija dik li l-lokatur ma jkunx jista' mbghad jippretendi li l-konduttur baqa' moruz fil-hlas tal-kera. Liema raguni mhix sufficcjenti, u l-konduttur jista', minflok li jiddepozita l-kera, izommu ghandu minghajr ma jiddepozitah; ghaliex b;'daqashekk hu ma hux pregudikat fid-drittijiet tieghu, billi l-lokatur ma jkunx jista' eventwalment jippretendi li l-konduttur kien hekk moruz, ghax ma jistaxjitqies li kien hemm morozita' meta l-adempiment tal-obligazzjoni gie ostakolat u impedut mill-istess kreditur, u kwindi ma hux moruz l-inkwilin jekk ikun mar ihallas il-kera u s-sid irrifjutah, u huwa ma jiddepozitax il-kera wara dak ir-rifjut. Ghaldaqstant, id-depoziti tal-dera maghmulin mill-inkwilin wara li jkun sar jaf li l-lokatur ma accettax il-kera ghax kien ga ghamel kawza kontra l-inkwilin ghall-izgumbrament, ma humiex validi; u l-ispejjez ta' dawk id-depoziti ghandu jbatihom l-inkwilin depozitant, fil-waqt li l-lokatur ghandu jircievi l-kera kif depozitat ghar-rigward tad-depoziti li jkunu saru qabel, jigifieri meta l-lokatur kien ghadu ma talabx l-izgumbrament tal-inkwilin, u kwindi ma kienx intitolat li jirrifjuta l-kera lilu offert mill-konduttur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni