Reference: Volume 39C (1955), Part No. 1, Section , Page 413

Judgement Details


Date
27/06/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PIO BEZZINA vs GIACOMO GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 357 TAL-KODICI CIVILI - GIRIEN - INDUSTRIJA - LICENZA - MOLESTJA - TOLLERANZA
Summary
Skond il-ligi, il-proprjetarju ghandu d-dritt li jgawdi u li jiddisponi minn hwejgu bil-mod l-aktasrassolut; basta ma jaghmelx uzu projbiet mill-ligi. U skond id-dottrina, ghalkemm huwa pacifiku li l-proprjetarju ghandu d-dritt assolut li jgawdi u li jiddisponi kif irid mill-haga tieghu, danid-dritt ghandu jitqies limitat fis-sens illi lf-ezercizzju tieghu ma ghandux jigi pregudikat id-dritt ta'hadiehor. Ghaldaqstant, kulhadd jista' jaghmel li jrid bil-haga tieghu sakemm ma jilledix id-drittijiet ta' haddiehor. U l-gurisprudenza taghna irriteniet illi, skond il-legi, il-proprjetarju ghandu d-dritt li juza liberamnet mill-fond tieghu, u li jaghmel fih dawk il-modifikazzjonijiet li jidhirlukonvenjenti, anki jekk b'hekk huwa jippriva lill-vicin minn xi vantagg; purke' ma jarrekalux molextja gravi. B'mod li, jek dik il-motestja tkun kagunatat mill-ezercizzju ta' stabbiliment industrijali,imma ma tkunx gravi, jigifieri ma teccedix dak il-limiti ta' tolleranza li jikkostruwixxi l-vera mizura tal-bon vicinat, il-vicin ghandu jsofri dik il-molestja, u ma ghandu id-dritt jezigi c-cessazzjon taghha u jitlob indennizz minhabba l-pregudizzju li tkun ikkagunatlu; imma jekk l-inkomodu lilu arrekat ikun gravi, jigifieri ma jkunx facilment tollerabbli, dak l-inkomodu jkun ingust, u l-vicin jista' jezigi c-cessazzjoni tieghu. Biex jigi stabbilit jekk il-molestja hijiex gravi, ghandhom jigumehudin in konsiderazzjoni, mhux biss in-natura tal-molestja, imma anki l-pozizzjoni u d-destinazzjoni tal-fondi, jekk f'dik il-lokalita' jigux solitament ezercitati industriji simili ghal dik oggezzjonata, u anki, sa certu pont, il-fatt li l-vicin li jhoss ruhu molestat kien ga jinsab f'dik il-lokalita' meta bdiet tigi attirata l-industrija oggezzjonata. DXejn ma jiswa r-rifless illi f'lokalitajiet ohra abitati jkunu talvolta attivati industriji simili ghal dik oggezzjonata; kif lanqas jiswa r-refless illi l-industrija oggezzjonata twaqqfet bil-permess ghandujigi ntiz bhala moghti minghajr pregudizzju tad-dritt tat-terzi lui jirreklamaw jekk l-ezercizzju ta' kalkara tal-gir da parti tal-konvenut kien ta' pregudizzju u molestja gravi lill-vicin attur, u gie ordnat lill-konvenut li jieqaf minn dak l-ezercizzju sakemm ma jkunx applika r-rimedji suggeriti fl-istess sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info