Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 524

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/01/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARMELA SAMMUT vs PAOLO SAMMUT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ABBANDUN - ALIMENTI - ART. 48 TAL-KODICI CIVILI - MARA - SENTENZA RETROATTIVA'
Fil-Qosor
Biex il-mara li tkun abbandunat id-dar konjugali titlef id-dritt taghha ghall-alimenti kontra zewgha, hemm bzonn li dak l-abbandun ikun minghajr gusta kawza. Fi kwalunkwe kaz, ir-ragel li ma jridx izomm mieghu lil-martu ghax kienet telqet mid-dar konjugali, huwa obligat imantniha, salv lilu d-drittli jipprevoka d-dekadenza taghha mid-dritt ta' l-alimenti f'kawza ta' separazzjoni personali. Is-sentenza ma tohloqx id-dritt ta' l-attur, izda biss tiddikjarah u tirrikonoxxieh, u ghalhekk l-effetttaghha hu retroattiv u jirrizali almenu di regola, ghall-gurnata tad-domanda. Ghaldaqstant, jekk il-kawza li ghamlet il-mara kontra zewgha ghall-alimenti tkun giet sospiza ghax ir-ragel ghamel kawzaohra kontra taghha ghall-annullament taz-zwieg tieghu maghha, u dik il-kawza tkun spiccat b-ezitu kuntrarja ghall-annulament, l-alimenti lill-mara ghandhom jigu akkordati mill-jum tal-prezentata tac-citazzjoni taghha. U ma tistax tigi allegata kontra taghha r-regola tirrikorri meta l-mara tittruskura li tezigii l-alimenti, fil-waqt illi f'kaz simili hija tkun agixxiet kontra zewgha ghalihom, u jekk ma rnexxilhiex tehodhom qabel ma spiccat il-kawza ghall-annullament taz-zwieg, dan ma kienx imputabbli ghaliha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni