Reference: Volume 39C (1955), Part No. 2, Section , Page 543

Judgement Details


Date
29/01/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CARMELO DELIA vs MICHELE BUONTEMPO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2248, 2249, 2223 U 2224 TAL-KODICI CIVILI - ATT RIKONJITORJU - DRITT TA' PREFERENZA - ENFITEWSI - KONSORZJU - PRESKRIZZJONI - RETRATT - SOLIDARJETA' U INDIVIZIBILITA' TAC-CNES
Summary
Is-sistemazzjoni tal-hlas tac-cens li ssir bejn is-successuri fil-pussess tal-fond enfitewtiku originarju, u li tkun tirrigwarda s-subkanone konvenut bejn l-enfitewta u s-subkoncessjonarji, ma ghandhiex timporta divizjoni u qsim tac-cens originarju rikonoxxut mill-padrun dirett; u ghaldaqstant, jekksubenfitewta, dana ma jgibx ghall-konkluzjoni li dak is-subenfitewta jkun jippossjedi l-bicca tieghu "pro diviso"; u kwindi huwa jibqa' konsorti fic-cens, u jista' jezercita d-dritt ta' skupru jew ta' preferenza fil-kaz li tigi aljenata xi bicca mill-fond suggetta ghall-istess cens. Il-fatt li l-akkwirent tal-icca aljenata u l-awturi tieghu qatt ma hallsu cens lill-padrun dirett ma jwaqqax id-dritt ta'rkupru ta' subenfitewta iehor. Il-preskrizzjoni ta'tletin sena mhix applikabbli fil-kaz ta' immobili jew azzjoniiet li jkunu ta', jew li jmissu lill-knejjes jew xi istituzzjoni pija. Ghal dawn l-azzjonijiet hija applikabbli l-preskrizzjoni ta' erbghin sena.Ghalkemm l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ma' tista' qatt tigi moghtija minn ebda enfitewta, non ostante li jkun iddekorra kwalunkwe zmienminghajr ma jkun gie mitlub il-pagament tac-cens, ghaliex l-enfitewta huwa possessur prekarju u jippossjedi ghan-nom tal-padrun dirett, l-istess eccezzjoni tista' tigi moghtija b'effett felici minn min ikun in bwona fede rcieva minghand l-enfitewta t-trasferiment tal-fond bhala liberu u frank b'titolu abili li jittrasferixxi l-proprjeta'. Sakemm il-kanoni jigu mhallsa minn possessur iehor tal-fond, il-preskrizzjoni ma timxix u ma tiddekorrix favur ebda wiehed mill-koobligati; ghax ic-cnes hu ghall-istess natura tieghu indivizibbli u solidali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info