Reference: Volume 39C (1955), Part No. 2, Section , Page 625

Judgement Details


Date
15/04/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIUSEPPE CASSAR NE. vs GIOVANNI TESTA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1709 TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-KERA - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - RILOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI - TERMINU - ZGUMBRAMENT
Summary
Is-subkonduttur ma ghandux kontra l-lokatur ebda wiehed mid-drittijiet kompetenti lill-kerrej, moltopiu' meta s-sullokazzjoni tkun saret minghajr il-kunsens tal-lokatur; u allura l-lokatur ghandu dritt li ma jgeddidx il-lokazzjoni; u meta jispicca d-dritt tal-konduttur, jispicca mieghu dak tas-subkonduttur. U l-fatt li wiehed jigi assunt mill-konduttur bhala socju fil-lokazzjoni, u jigi mdahhal fil-koabitazzjoni, ma jammontax ghal kirja. F'kaz simili ma hemmx rapporti ta' lokazzjoni bejn il-lokatur u dak li qieghed jokkupa l-fond ghax gie mdahhal mill-inkwilin. L-okkupazzjoni ta' dan hija minghajr titolu; u ghalhekk, kompetenti biex tiehu konjizzjoni ta' talba ghall-izgumbrament tieghu hijal-Qorti ordiinarja, u mhux il-Board tal-Kera. Barra minn dan, il-lokatur ghandu dritt jirrivendikal-fond mill-poter ta' min ikun qieghed jokkupah, specjalment jekk minghajr titolu; u ghal din l-azzjoni hu bizzejjed li l-konvenut ikollu semplicement il-pussess "di fatto" u l-materjali disponibilita' tal-haga, u ghalhekk ikun fil-possibilita' li jirrestitwixxi l-haga lis-sid. Ghaldaqstant, meta l-konduttur ikun telaq il-lokazzjoni, il-lokatur ghandu azzjoni diretta kontra dak li baqa' jokkupa l-fond; u l-prezenza tal-kerrej, li jkun hareg mill-fond, mhix mehtiega. Ghaliex dak il-kerrej ikun irrinunzja volontarjament ghall-lokazzjoni, u kwindi ghal kull dritt li jibqa' jzomm il-fond f'idejh.Jekk il-lokatur ikun qal lil dak l-okkupant tal-fond bla titolu biex jibqa' fil-post sakemm isib post iehor, b'daqshekk ma hemmx obligazzjoni kondizzjonali, imma obligazzjoni " a termine"; u allura z-zmien ghall-izjumbrament jigi fissatr mill-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info