Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 270

Judgement Details


Date
08/04/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GIUSEPPE MUSCAT vs VINCENZA MUSCAT PR. ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ALIMENTI - KURATRICI "AD LITEM" - MANDAT KAWTELATORJU - MARA - NULLITA' - PATRIJA PROTESTA' - SEKWESTRU - SEPERAZZJONI PERSONALI - TFAL
Summary
Fil-pendenza ta' kawza ta' separazzjoni personali, il-mara tista' ma tinsistix biex tezigi l-alimenti provvizorji dekretati favur taghha, bhal meta ma tkunx trid toqghod ghal xi dondizzjoni mposta lilha gid-digriet billi, per ezempju, ma tkunx trid toqghod fil-post li jkun ghazlilha zewgha; izda dan ma jipprekludijhiex milli titlob il-kawtela tal-alimenti definittivi, jekk ikollha raguni tajba biex titlob dik il-kawtela; u xejn ma hemm fil-ligi li jimpedixxi l-kawtela tal-alimenti futuri; u l-gurisprudenza taghna hija f'dan is-sens. Il-fatt li l-mara ghandha ga digriet ta' alimenti provvizorji favur taghha ma jipprekludijhiex lanqas milli titlob il-kawtela tal-alimenti futuri fl-isem ta' uliedha minuri, li ghalihom japplika wkoll dak id-digriet, avvolja r-ragel ikun qieghed ihallas dawnl-alimaneti provvizorji regolarment. Ghaldaqstant, jekk il-mara tottjeni mandat ta' sekwestru kawtelatorju kontra r-ragel biex tikkawtela l-alimenti futuri taghha u ta' uliedha, dak is-sekwestru mhuxnull, u r-ragel ma ghandux dritt jitlob ir-revoka tieghu, billi jallega illi l-mara ddekadiet mid-dritt tal-alimenti provvizorji taghha, u illi l-almenti provvizorji ta' uliedha jkunu qeghedin jithallsu regolarment, jekk ikun hemm raguni tajba biex il-mara titlob dik il-kawtela. Mandat dawtelatorjujigi ottenut fuq ir-responsabbilta' ta' min jitolbu, u dak il-mandat; u hija inattendibbli talba tar-ragel ghar-revoka ta' dak il-mandat jekk ikunu gew osservati dawn il-kondizzjonijiet u l-mara kellha raguni tajba biex titlob il- hrug ta' dak il-mandat. In kwantu li l-mandat ta'sekwestru jkun gie ottenut mill-mara anki fl-isem ta' uliedha minuri, ma tiswa xejn l-allegazzjoni tar-ragel li hu ma ddekadiex mil-patrija potesta' fuq dawk uliedu u li dawn ghadhom ma gewx definittivament affidati lill-martu, jekk hija kienet giet nominata kuratrici "ad litem" ta' uliedha biex tippromwovi l-kawza tal-alimenti kontra missierhom u fl-atti l-ohra kollha sussegwenti u relattivi; ghax il-mandat ta' sekwestru minnha ottent fl-interess ta' uliedha kien intiz biex jikkawtela l-alimenti mitlubin fil-kawza, u kien att relattiv ghaliha, li hija setghet tezegwixxi bis-sahha tad-digriet li bih giet nominatakuratrici "ad litem" u kif minnu awtorizzata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info