Referenza: Volum 41B (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 328

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/05/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
KURUNELL STEPHEN J BORG NE vs L.C.A. GUSTAVO ROMEO VINCENTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1493 TAL-KODICI CIVILI - PJANTI U STIMI - RETRATT - SPEJJEZ LEGITTIMI - SPEJJEZ NECESSARJI U SPEJJEZ UTILI
Fil-Qosor
Ir-retranet ghandu jhallas lura lir-retrattarju, oltre l-prezz tal-akkwist li jkun ta lok gahll-irkupru, kull spiza "legittima" ohra li jkun ghamel ix-xerrej "fdak il-bejgh", kif ukoll l-ispejjez kollha "necessarji u utili" maghmula "fil-haga" mix-xerrej jew minn kull possessur iehor, ukoll jekk, gahl xi raguni li ghaliha m ahux responsabbli r-rettrattarju, ma jibqghax l-effett ta` dawk l-ispejjez. L-ispejjez tal-pjanti u stimi li r-retrattarj jkun ghamel biex ikun jisa` jirrikostruwixxi l-fondirkuprat, li kien imgarraf bil-gwerra, ma jistghux cerament jaqghu taht in-nomenklatura ta` "spejjez legtttimi", ghaliex ma sarux fl-okkazjoni tal-akkwist kif trid il-ligi ghar-rigward ta` dawn l-ispejjez legittimi. Imma, mill-banda ohra, dawn il-pjanti u stimi ma jistghux ma jitqiesux spejjez "utili"; ghax bhala spejjez intizi ghall-izvilupp strutturalita` fond distrutt ma kienux certament kapriccuzi, la ma jkunx hemm cirkustanzi li juru li saru bl-iskop li jigi skoraggit ir-retratt. U lanqas ma jiswa r-rifless li dawk l-ispejjez saru meta l-fond kien ghadu jista` jigi rkuprat; ghaliex hupacifiku fil-gurisprudenza illi l-possibilita` ta` l-irkupru ma tipprivax lill-akkwirent mid-dritt li jimmiljora l-fond minnu akkwistat. Lanqas ma tiswa l-osservazzjoni illi l-ligi trid li l-ispiza utili tkun giet maghmula "fil-haga"; gahx dawn il-kliem ghandhom jigu nterpretati bhala li jikkomprednu spiza maghmula mhux fil-fond, imma ghall-fond u li gahndha tispicca fil-fond; u bla pjanti u stimi ma jistghax isir xoghol ta` rikostruzzjoni tal-fond, b'mod li dawk il-pjanti u stimit huma parti mix-xoghol l i eventwalment kiens er isir fil-fond. Ma hux accettabbli l-argument tar-retraent li dik l-ispiza ma hix utili gahlih, ghax talvolta hu jkun irid jisfrutta l-fond xort'ohra; gahx il-ligitaghti d-dritt ghar-rimborz anki jekk l-effett tal-ispiza ma jkomplix, purke` mhux bi htija tar-retrattarju, u, fit-tieni lok, fil-kaz tal-irkupru ma hux biss dak li r-retrattarju jigi mqieghed fil-pozizzjoni li kien fih anterjormet ghar-retratt. Fl-ahharnett, jekk ir-retraent ikun irkupra parti biss, u mhux il-fond kollu akkwistat mir-retratarju, mhix accettabbli s-sottomissjoni tar-retraent li,in pessima ipotesi, huwa ghandu jhallas mill-ispejjez ta` dawk il-pjanti u stimi parti biss korrispondenti gahll-kwota minnu rkuprata; ghax ir-retrattarju, meta ghamel dawk il-pjanti u stimi, kien qieghed jaghmel legittimament spiza utili ghall-fond kollu minnu akkwistat, u l-intenzjoni teighu kienet legittimament li jisfrutta b'dawk il-pjanti u stimi l-fond kollu, u kien ir-retratt, sija pure limitat ghal parti mill-fond, li mpedielu r-realizzazzjoni tal-pjan tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni