Referenza: Volum 41B (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 137

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/03/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
GERARDA DAGRI ET vs CARMELA MICALLEF ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 227 U 247 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DIGRIET INTERLOKUTORJU - MALLEVERIJA GALL-ISPEJJEZ - NULLITA' - TERMINU
Fil-Qosor
Id-dispozizzjoni tal-ligi li tiddisponi li ebda petizzjoni tal-appell ma' tista' tigi ricevuta jekkma tkunx akkompanjata minn garanzija ghall-ispejjez tal-kawza hija applikabbli wkoll ghar-rikors ta'appell min digriet interlokatorju ghandha tigi prezentata l-garanzija ghall-ispejjez ta' dak l-appell. It-terminu ghall-prezentazzjoni ta' din il-garanzija hu peretonju, u mhuwiex propogabbli, b'modli l-prezentazzjoni tar-rikors tal-appell minghajr il-prezentazzjoni kontemporanea tal-garanzija ggib il-konsegwenza li r-rikors jitqies bhal li kieku l-att ma giex prezentat; u l-garanzija li tinghata wara ma tistax tissana d-difett fatali ta' qabel, ghax tkun garanzija rigwardanti rikors guridikamen inezistenti. u minnu li l-lum il-formalizmu rigoruz fil-procediment gudizzjarji mhuwiex imhaddan mill-gurisprudenza; izda l-inosservanza tal-precetti tassattivi tal-ligi procedurali lanqas ma tista' tkun tollerata minghajr konsegwenzi kaotici u dizastruzi. B'applikazzjoni ta' dawn il-principji, fil-kaz prezenti l-Qorti tal-Appell id-dikjarat irritu u null l-appell maghmul minn digriet interlokutorju, fuq il-motiv li r-rikors tal-appell gie prezentat minghajr il-garanzija kontemporanea ghall-ispejjez tal-appell, avvolja dik il-garanzija giet prezentata l-ghada li kien gie prezentat ir-rikors tal-appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni