Referenza: Volum 42A (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 295

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/05/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
SACERDOT GIO BATTA MEILAK ET. vs GIUSEPPE CREMONA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - BOARD TAL-KERA - DAR TAL-ABITAZZJONI - DESTINAZZJONI TAL-FOND - HANUT - HJATA - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Jekk sentenza tal-Board tal-Kera tenncja l-principji legali li fil-fehme tal-Board kellhom jiggovernaw l-indagini ta' fatt, u bl-appell jigu mpunjati dawk il-principji, l-appell hu ammissibbli mhabbali jkunu qeghedin jigu mpunjati dawk il-principji, indipendentement, ghall-mument, minn jekk dik il-kontestazzjoni hijiex valida jew le. Huwa veru li gie affermat mill-gurisprudenza taghna illi, biextigi stabbilita n-natura ta' fond, hemm bzonn li tigi ezaminata d-destinazzjoni principali u preponderanti ghalfejn il-fond gie mikri; izda dan a propozitu tal-indagini jekk il-fond kienx "hanut" jew"dar tal-abitazzjoni"; imma l-istess principju ma jistghax jigi elevat ghal norma assoluta meta si tratta li tigi meqjusa l-importanza relattiva ta' diversi generi ta' negozju jew diversi ndustriji ezercitati fl-istess post skond il-ftehim. Minn banda wahda, ftehim simili ghandu jitqies li jikkontempla l-possibilita', u kwindi l-legittimita', li dik l-importanza relattiva titbiddel minn zmien ghall-iehor skond l-izvilupp naturali u l-ezigenzi tal-kummerc jew industrija; mill-banda l-ohra, tibdilsimili jista' ma jkunx ta' mportanza tali li jikkostitwixxi legalment dak il-kambjament ta' destinazzjoni li jintitola s-sid jirrifjuta r-rilokazzjoni ghal dik ir-raguni. U ma ghandu qatt jintnesa illi l-iskop tal-ligi mhux dak li javvantaggja s-sid b'mod li jkun japprofitta ruhu minn kwalunkwe cirkustanza, anki l-aktar zghira u genwina, biex jippriva lill-inkwilin mid-dgawdija tal-fond; u l-ligima tistghax tippermetti, jew wisp anqas tinkoraggixxi, talbiet ghal zgumbrament motivati biss minnpiki jew mic-cirkustanzi difficli ta' nuqqas akut ta' bini ghall-kiri. Hekk, hanut li daqqa kien mikri bhala hanut tal-hwejjeg, u daqqa bhala hanut ta' argentier, ma jistghax jinghad li kien xi fond ga mrawwem u mmexxi bi skop determinat, b'mod li s-sid ikollu nteress li d-destinazzjoni tieghu tissokta biex tinzamm il-klijentela u l-'good will' ga mibnija. B'mod li meta hanut simili jittiehed b'kiri biex fih il-kerrej jezercita s-semgha ta' hajjat, u in segwitu s-sid jaghtieh il-permess biex jintroduci fih il-bejgh ta' drappijiet,zraben, u generi affni, bil-fatt biss li l-kerrej baqa' jahdem fih ta' hajjat ma jigix li d-destinazzjoni tal-fond kienet dik li jsevi bhala hanut ghax-xoghol ta' hajjat; u kwindi, jekk il-kerrej, in segwitu ma jkomplic jahdem fih ta' hajjat, imma jkompli juzah ghall-ezercizzju tan-negozju ta'dawk l-oggetti l-ohra, ma hux il-kaz li jinghad li hu nkorra s-sanzjoni tal-ligi ghax biddel id-destinazzjoni tal-fond.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni