Referenza: Volum 35C (1951), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 615

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/06/1951
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
NEG. EDGAR LAFERLA NE vs NEG. ANTONIO CACHIA PR ET NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - LIKWIDAZZJONI
Fil-Qosor
Sentenza li tiddikjara generikamnet ir-resposabilita` ghad-danni, thalli impregudikata l-kwisjtoni dwar l-ezistenza, il-kwantita` u l-kwalita` tad-danni; b'mod li fil-gudizzju tal-likwidazzjoni tad-danni l-ttur jehtieglu jipprova l-ezistenza tad-danni, u f'kaz affermativ l-entita` taghhom. F'dik il-likwidazzjoni, jekk ma ssirx prova sepcfika tal-kwantitativ tad-danni, huma bizzejjed il-prezunzjonjiet, parke` jkun bazati fuq fatti reali. u jista` jaghti l-kaz illi, fin-nuqqas ta` mezzi probatorji ta` l-ammont tad-danni, dan l-ammont jigi fissat "ex aequo et bono" mill-gudikant li jigi msejjahbiex jistabbilixxi l-kwantitativ tad-danni dikjarati b'sentenza precedenti. Meta d-danneggjat huwapersuna residenti barra minn Malta, ma jistax jigi lilu negat id-dritt li jigi Malta biex jixhed fil-kawza li tinteressah u biex jassisti lid-difensur tieghu fl-awdizzjoni tax-xhieda u l-provi; u fid-danni lilu likwidabili ghandhom jidhlu l-ispejjez tal-vjagg tieghu biex jigi Malta ghal dan l-iskopu tar-ritorn. Id-danni likwidati ghandhom ikun marbutin bin-nexus" ta` kawza u efett mal-fatt vjolatur stabbilit fis-sentenza li ddikjarat ir-responsabilita` tad-danni; u ghandhom ikun konsegwenza diretta u immedjata ta` dak il-fatt, u bhala tali rizacibili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni