Referenza: Volum 42A (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 208

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/04/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELA CAMILLERI vs GIUSEPPE CAMILLERI NE.ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 416 TAL-KODICI CIVILI - DANNI FIL-FOND SUGGETT GHALL-UZUFRUTT - DEKADENZA TAL-UZUFRUTTWARJU - UZUFRUTT
Fil-Qosor
F'legat 'a limine intus' koncepit bi kliem li jsemmghu l-krediti kollha li jkunu dovuti li-testaturfl-epoka tal-mewt tieghu, ta' kwalunkwe ammont u lilu dovuti ghal kwalsijasi kawza, huma komprizi s-somom ta' flus u t-titoli li jkunu depozitati fil-banek meta jmut it-testatur. Mhux argument kontradin l-interpretazzjoni l-fatt li t-testatur ma semmiex it-titoli li jirrapprezentaw flus; ghaliex meta gew imsemmija l-krediti stess, jigi li giet imsemmija haga li hi aktar mic-cedoli bankarji u mit-titoli, inkwantokke' dawn tal-ahhar ma humiex hlief il-prova u l-istrument tal-kreditu biss u xejn aktar. Kieku fid-dispozizzjoni testamentarja ma ssemmewx il-krediti, allura kien ikun veru li l-fattli fid-dar instabu c-cedoli tal-bank ma kienx ikun bizzejjed biex jikomprendi l-krediti fil-legat, appuntu ghaliex dawk ic-cedoli ma humiex hlief l-istrument taghhom; imma la ssemew il-krediti fid-dispozizzjoni, dawn ghandhom jitqiesu komprizi fil-legat.Mill-banda l-ohra, ma jistghax jigi negat li d-depoziti bankarji huma kreditu tal-ammont depozitat kontra l-banka depozitarja, dipendent mic-cedola, jew librett, jew dokument iehor. Huma kreditu, jekk mhux strettament "ex causa mutui", almenu "exalia causa debendi". Hu veru li fil-parlata komuni d-depoziti bankarji jissemmew bhala kapitali jewflus fil-banek, u li l-kelma "krediti" aktarx tigi wzata in riferenza ghal flus mislufa, ima, b'dankollu, il-komprensivita' tal-portata guridika tal-kelma "krediti" tiggudifika din l-interpretazzjoni; moto pju' jekk id-dispozizzjoni kontenenti dak il-laxxitu konfrontata mad-dispozizzjonijiet l-ohra tat-testment tkompli ssahhah dik l-interpretazzjoni. F-interpretazzjoni ta' legat hija regola illi, meta l-kwistjoni hi dwar il-"kwantitativ" tal-legat, allura l-interpretazzjoni ghandha ssir favurl-eredi; u kwistjoni dwar jekk il-krediti mhollija fil-legat jikkomprendur id-depoziti bankarji hijakwistjoni dwar il-"quantum" tal-legat, u ghalhekk l-interpretazzjoni ghandha tkun favur l-eredi;imma din ir-regola ssofri xi eccezzjonijiet, fosthom dik meta si tratta minn legat imholli minn wiehedmill-konjugi favur il-konjugi l-iehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni