Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section , Page 153

Judgement Details


Date
24/03/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
JOSEPH BORG vs NOBBLI MARIA TESTAFERRATA BONICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - BOARD TAL-KERA - DESTINAZZJONI TAL-FOND - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Summary
Huma kolpiti bil-preskrizzjoni ta' tmientax il-xahar, fost ohrajn, l-azzjonijiet ta'mastrudaxxi, bennejja, bajjada, u persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika, ghall-press tal-opri jew tax-xoghol taghhom, jew tal-materjal li jfornu. Din il-preskrizzjoni, pero', mhix applikabbli meta l-persuna li ghamlet ix-xoghol tagixxi ghall-hlas li hu dovut lilha ghall-ispejjez u d-drittijiet tieghu "bhala appaltatur" ghax-xoghol li sar ghall-kommittent; u dan avvolja l-kommittent jikkontesta lill-attur il-kwalita' ta' appaltatur u jallega li l-attur kien semplici bennej li ghamel xoghol tal-gebel,jekk il-kommittent jinsisti li l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tigi diciza preliminarment, il-Qorti ghandha thares, ghall-finijiet tal-preskrizzjoni sollevata mill-kommittent, lejn id-domanda kif dedotta mill-attur. U allura, f'kaz simili, il-preskrizzjoni applikabbli hija dik ta' sentejn, li tolqotl-azzjoni, fost ohrajn, tal-kuntratturi ta' bini jew ta' xogholijiet ohra tga' injam, gebel jew materjal iehor, ghall-opri mahdumin minnhom jew ghall-materjal li jfornu. Ir-rinunzja ghall-preskrizzjoni tista' tkun espressa jew tacita; u r-rinunzja tacita tigi minn fatt li jissupponi l-abbandun tal-jedd akkwistat. Ir-rinunzja ghall-preskrizzjoni hija l-manifestazzjoni tal-volonta' ta' min jirrinunzja; u mhux necessarju illi l-kreditur jew is-sid, li bi profitt tieghu ssir ir-rinunzja,jaccettaha.Jekk, mbaghad, kienx hem din ir-rinunzja tacita,din hi kwistjoni ta' apprezzament remessa ghall-gudizzju u l-prudenza tal-gudikant; u dwarha, ghalhekk, ma hemmx normi u regoli "a priori". Biss, f'danl-ezami ghandu naturalment isehh il-principju li jiggoverna kwalunkwe renunzja tacita, cjoe' illi l-fatt li minnu tigi ndotta r-rinunzja tacita jehtieg ikun tali li ma jistghax ragjonevolment jigi nterpretatat mod iehor ghajr illi min ghamu ried jirrinunzja; u jehtieg li l-Qorti tkun soddisfatta lidak l-ghemil huwa inkompatibbli mal-volonta' ta' min ghamlu li javvantaggja ruhu mill-preskrizzjoniakkwistata. Fil-kaz prezenti, il-kommittent, wara li kien ghadda z-zmien preskrizzjonali, ircieva ittra minn ghand il-perit minnu mqabbad biex jiddirigi xoghol ta' rikostruzzjoni ta' bini, fejn gie mitlub ihallas il-bilanc li kien baqghalu jiehu l kuntrattur tax-xoghol tal-bini mqabbad mil-perit f'isem il-kommittent; u dan, minflok li cahad li baqghalu jaghti xi bilanc ta' dak ix-xoghol, dahal f'korrispondenza mal-perit fejn talab dettalji, ghax deherlu li l-bilanc mitlub kien igib l-ammont tal-kont oghla minn dak li kien originarjament stmat ghax-xoghol; u l-Qorti qatghet illi b'dan l-atteggjament tieghu huwa rrinunzja ghall-preskrizzjoni li kienet ga maturata meta nbdiet dik il-korrispondenza; u dan avvolja l-appaltatur, li talab il-hlas ta' dak il-bilanc, ma kellu ebda parti f'dik il-korrispondenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info