Referenza: Volum 38C (1954), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 873

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/07/1954
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOSEPH COST CHRETIEN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 57 TAL-MOTOR CAR REGULATIONS - KOLLIZJONI - RAPPORT TAL-INCIDENT LILL-PULIZIJA - SKIDDJAR - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Meta tissucciedi kollizjoni minhabba li wahda mill-karrozzi nvoluti fiha tkun skiddjat, id-driver tal-karrozza li skiddjat huwa responsabbli, jekk ma gharafx jaghmel il-manuvra mehtiega biex jevita ujnaqqas l-iskiddjar, meta kellu z-zmien li jaghmel dan; u hu aktar u aktar responsabbli jekk jaghmelxi manuvra li tipprovoka l-aggravament ta' l-iskiddjar. Ghax l-imperizja fis-sewqan bhas-sewqan hazin, hija htija. Id-driver li jiltaqa' ma accident fit-triq hu obbligat jirrapporta dak l-accidentfil-pront fl-eqreb ghassa tal-Pulizija, meta ma jkunx hemm, fil-hin ta' l-accident, xi persuna li tista' ggeghlu jaghtiha ismu u l-indirizz, u meta jigri xi haga lil xi vettura, ziemel, jew frat; u kwalunkwe persuna fuq il-post tista' titlob dawk il-partikularitajiet lid-driver, u ghalhekk, u b'modspecjali, anki sid il-karrozza li sofriet il-hsara. Meta d-dirver ikun ta l-partikularitajiet tieghu lil sid il-karrozza li sofriet il-hsara, huwa ma ghandux aktar l-obligu li jirrapporta lill-Pulizija dak li gara; u ghalhekk ma jikkommettix il-kontravvenzjoni kontemplata mill-art. 57 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Mutur jekk huwa jdum ma jirrapporta l-incident lill-Pulizija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni